Left arrow Go Back

APPROVATI TNAQQIS FIT-TARIFFI TAL-ELETTRIKU MILL-AWTORITA’ TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI

PR0783
Date Icon 06/05/2009
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Ruralillum informa lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) li kien qed jaċċetta r-rakkomandazzjoni tagħhom tal-5 ta’ Mejju 2009 sabiex tkun approvata r-reviżorsijoni tat-tariffi tal-elettriku kif proposti mill-Enemalta.  Il-Ministru aċċetta wkoll il-konklużjonijiet kollha li ġew ippreżentati lilu mill-MRA.
Tnaqqis fit-tariffi għar-residenziokkupati
It-tariffi, li se jidħlu fis-seħħ b’lura mill-1ta’ April 2009, ser ifissru roħs għall-konsumaturi kif ġej:

It-tariffi ta’ hawn fuq japplikaw għal dawk ir-residenzi fejn hemm mill-anqas persuna waħda tgħix fihom. Bħala medja, kull residenza ta’ dan it-tip se tiffranka 22% mill-kont tat-tariffi.

Ma kien hemm l-ebda tibdil fit-tariffi għal dawk il-postijiet li huma vojta, ma jgħix ħadd fihom jew jiffurmaw parti minn komun. Din id-deciżjoni tikkontribwixxi lejn tnaqqis massimu fit-tariffi għad-djar okkupati.

Tnaqqis għan-negozji, fabbriki, kumpaniji u industriji

Ġew approvati wkoll rati ġodda għall-kontijiet mhux residenzjali li jinkludu negozji, kumpaniji, fabbriki u industriji.  Għall-ewwel darba qed jiġu inklużi wkoll bħala mhux residenzjali postijiet bħal knejjes, djar għall-anzjani, djar għall-persuni b’diżabilita’ u skejjel li ma jagħmlux qligħ u għalhekk dawn qed igawdu minn tnaqqis fit-tariffi.  Il-kontijiet mhux residenzjali li jlaħħqu aktar minn 40,000 se jiffrankaw bħala medja minn tnaqqis ta’ 25.6%.

It-tariffi l-ġodda huma bbażati fuq struttura ta’ rati li japplikaw l-istess għall-azjendi kollha.

Bands

Konsum

Rata Normali, mingħajr VAT

Ottubru 2008

Rati ġodda mingħajr VAT

1 ta’ April 2009

Differenza

Band 1

2,000

14c7

10c4

-4c3/-29.3%

Band 2

6,000

15c5

11c2

-4c3/-27.7%

Band 3

10,000

16c8

12c5

-4c3/-25.6%

Band 4

20,000

18c3

14c0

-4c3/-23.5%

Band 5

60,000

20c0

15c7

-4c3/-21.5%

Band 6

100,000

18c5

14c2

-4c3/-23.2%

Band 7

1,000,000

17c2

12c0

-4c3/-25.0%

Band 8

5,000,000

16c0

11c2

-4c8/-30.0%

Band 9

> 5,000,000

13c4

8c6

-4c8/-35.8%

Rati ġodda għall-industriji kbar u lukandi

Ġie approvat tnaqqis ieħor għal dawk l-industriji kbar u l-lukandi li kienu diġa’ qed igawdu minn rati orħos minħabba l-capping:

Bands

Konsum

Rata Normali, mingħajr VAT

Ottubru 2008

Rati ġodda mingħajr VAT

1 ta’ April 2009

Differenza

Band 1

2,000

14c7

10c4

-4c3/-29.3%

Band 2

6,000

15c5

11c2

-4c3/-27.7%

Band 3

10,000

16c8

12c5

-4c3/-25.6%

Band 4

20,000

18c3

14c0

-4c3/-23.5%

Band 5

60,000

20c0

15c7

-4c3/-21.5%

Band 6

100,000

18c5

14c2

-4c3/-23.2%

Band 7

1,000,000

17c2

12c0

-4c3/-25.0%

Band 8

5,000,000

16c0

11c2

-4c8/-30.0%

Band 9

> 5,000,000

13c4

8c6

-4c8/-35.8%

It-tnaqqis għal dawn is-setturi kien anqas minn setturi oħra għax diġa’ kienu jgawdu mit-tnaqqis tal-capping.

Impatt fuq il-hedging

L-effett finanzjarju tal-hedging ma ġiexinkorporat f’din ir-reviżjoni tat-tariffi. Ir-Regolatur jaċċetta din id-deċiżjoni għax hi ta’ benefiċċju għall-konsumatur. Madanakollu, il-policy tar-Regolatur hi li fil-futur il-hedging ikun aċċettat kemm-il darba dan ikun sar bi proċeduri stabbiliti li jiggarantixxu kompetenza, trasparenza u serjeta’ b’użu ta’ public market instruments.
Matul il-proċess ta’ evalwazzjoni rigoruża litwettaq fil-ġimgħat li għaddew, l-MRA ingaġġat is-servizzi tad-ditta tal-awdituri Deloitte u tħejja rapport dettaljat li qed ikun ippubblikat ma’ din l-istqarrija bħala parti mir-rapport tal-MRA.
Fl-aħħarnett, il-Ministeru jfakkar lil-Awtorita’ ser tkompli timmoniterja l-impatt tal-prezz taż-żejt u kundizzjonijet oħra u tirrakkomanda reviżjonijiet jekk ikun hemm bżonn.

MRA Report pdf file

KPMG Report pdf file

Deloitte Report pdf file

DOI – 06.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow