LABIRINT RINAXXIMENTALI
PR0782
06/05/2009
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, | Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina dalgħodu żaret esibizzjoni multimidjali dwar ir-Rinaxximent Taljan imtella’ minn studenti fl-Iskola Sekondarja tas-Subien ta’ Raħal Ġdid li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Tumas More. Permezz ta’ din il-wirja din l-Iskola qed tieħu sehem f’kompetizzjoni bejn diversi skejjel. Il-Ministru awgurat lil dawn l-istudenti kull suċċess f’din il-kompetizzjoni. |
| Spazju fl-imsemmija skola, li hu maħsub biex | jintuża bħala workshop tat-Teknoloġija, kien mibdul f’labirint għal esibizzjoni dwar ix-xejra li ħadu l-arti, ix-xjenza u t-teknoloġija Taljana fil-perijodu rinaxximentali. |
| Matul il-mixja f’dan il-labirint, wieħed | jiltaqa’ ma’ tlieta fost il-protagonisti tar-Rinaxximent Taljan: Michelangelo Merisi magħruf aħjar bħala Caravaggio, Filippo Brunelleschi u Michelangelo Buonarroti. |
| Dawk li jżuru din l-esibizzjoni jibdew | il-mixja tagħhom minn kamra mibdula fi studjo televiżiv, fejn tingħata l-ewwel informazzjoni dwar it-tema ta’ din il-wirja. Fil-passaġġ tal-labirint setgħu jsibu diversi spazji li jwassluk taħt kostruzzjoni ta’ koppla. |
| Il-proġetti differenti li l-istudenti ħadmu | mal-għalliema tat-Taljan, għal din il-kompetizzjoni inter-skolastika, imnedija mill-Ambaxxata Taljana f’Malta, tefgħu dawl dwar l-arti, ix-xjenza u t-teknoloġija fl-epoka rinaxximentali. Dawn il-preżentazzjonijiet saru permezz ta’ charts, powerpoint presentations, filmati, esperimenti, kif ukoll re-enactments. |
| Il-materjal użat biex jinbena dan il-labirint | kien kartun li jintrema minn kumpanija li timporta f’pajjiżna partijiet tal-karozzi. Hekk l-istudenti li ħadmu fuq il-bini ta’ dan il-labirint, bl-għajnuna ta’ M. Calleja, għalliem fl-istess Skola, setgħu jaraw ukoll kif dak li tgħallmu dwar il-ħtieġa li nirriċiklaw jista’ jitwettaq fil-prattika. |
DOI – 06.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984