STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
PR0781
06/05/2009
| Il-Gvern għadu għaddej b’ħidma fil-Crafts | Village |
| B’reazzjoni għall-kummenti tal-Kap | tal-Oppożizzjoni, fil-Villaġġ tal-Artiġġjanat f’Ta’ Qali, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jiċċara li filwaqt li l-intenzjoni hija li Dock 1 jkun żviluppat f’Ċentru tal-Arti u l-Artiġġjanat, dan bl-ebda mod ma jimplika li l-intrapriżi żgħar u medji li preżentament jinsabu jaħdmu minn Ta’ Qali se jiġu abbandunati, jew imġagħla jiċċaqalqu għal Dock 1. |
| Anzi, matul il-ġimgħat li għaddew barra li | bdiet ħidma biex il-villaġġ jingħata dehra aħjar għall-benefiċċju ta’ dawk l-imprendituri li fil-preżent qed jagħmlu użu minnu, kontinwament għaddejjin diversi laqgħat mal-istess sidien immexxijja minn uffiċjali tal-Malta Industrial Parks sabiex b’konsultazzjoni sħiħa, jiġi deċiż il-futur tagħhom f’dan il-villaġġ. |
| Il-Ministeru jikkonferma l-impenn tiegħu | favur l-intrapriżi żgħar u medji u kien għalhekk li matul din is-sena diġà ttieħdu bosta inizjattivi favurihom bit-tnedija ta’ skemi differenti li jgħinhom jinvestu fir-riċerka, f’tekonoloġiji moderni, f’enerġiji alternattivi kif ukoll biex jesploraw swieq internazzjonali. |
| Proprju matul dawn il-jiem qed tiġi | ċċelebrata l-Ġimgħa tal-SMEs li fiha qed isiru numru ta’ attivitajiet intiżi biex jippromwovu din l-industrija u li matulha se jitħabbru numru ta’ għodda u inċentivi oħra biex dawn ikomplu jiġu megħjuna jipproteġu l-impjiegi u joħolqu oħrajn ġodda. |
DOI – 06.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984