Left arrow Mur Lura

Diskussi s-servizzi fil-qasam tas-saħħa f’Għawdex

PR0776
Date Icon 06/05/2009
L-Onor. John Dalli, Ministru għall-PolitikaSoċjali akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa, l-Onor. Dr. Joe Cassar żaru l-Ministeru għal Għawdex fejn iltaqgħu ma’ l-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, biex jiddiskutu materji marbuta mal-qasam tas-saħħa fil-gżira Għawdxija.
Waqtiż-żjara tagħhom, il-Ministru John Dalli u s-Segretarju Parlamentari Joe Cassar iltaqgħu ukoll mal-uffiċjali tal-Ministeru fejn kienu diskussi diversi materji fil-qasam tas-saħħa. Iż-żewġ Ministri u s-Segretarju Parlamentari saritilhom preżentazzjoni mill-Kap tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, li minn naħa tiegħu elenka s-servizzi tas-saħħa offruti fl-isptar u spjega wkoll l-isfidi partikolari li jiltaqa’ magħhom is-settur tas-saħħa f’Għawdex.
Fitmiem il-laqgħa, il-Ministru għal Għawdex akkumpanjat lill-Ministru għall-Politika Soċjali flimkien mas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, fi żjara fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Matul iż-żjara tagħhom, il-Ministri us-Segretarju Parlamentari żaru diversi swali u dipartimenti f’dan l-Isptar. Fost oħrajn setgħu jaraw xogħlijiet li bdew isiru bi tħejjija għall-proġett tat-twaqqif ta’ taqsima ġdida tar-radjoloġija, flimkien ma’ ristrutturar tat-tieni sala tal-operazzjonijiet, li ser ikunu kofinanzjati mill-programm ta’ fondi strutturali (2007-2013) tal-Unjoni Ewropea għal Malta.
Żaruwkoll id-decompression chamber, proġett li wkoll kien ko-finanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea, li kien sar fuq inizjattiva mill-Ministeru għall-Għawdex, biex jgħati spinta lill-industrija tat-turiżmu, partikolarment il-qasam tal-għadis. Uffiċjali mediċi li jaħdmu f’din it-taqsima spjegaw kif dan l-apparat qed jintuża wkoll f’każijiet ta’ pazjenti Għawdxin li jkollhom bżonn ta’ trattamenti speċifiċi li qabel kien ikollhom imorru għalihom fl-isptarijiet f’Malta.
Il-Ministru Dalli, il-Ministru Debono u l-OnorCassar żaru wkoll iż-żewġ taqsimiet tal-ġerjatrija fejn iltaqgħu wkoll ma’ xi pazjenti u impjegati tal-isptar.
Il-Ministru Giovanna Debono għamlet referenzagħal ħidma tal-Ministeru għal Għawdex fil-qasam tas-servizzi tas-saħħa f’Għawdex, filwaqt li qalet li fejn hu possibbli dawn is-servizzi jiġu miżjuda biex b’hekk jonqsu l-inkonvenjenzi għall-pazjenti Għawdxin. Hija żiedet tgħid li proġetti u xogħlijiet oħra li huma ppjanati ser ikomplu jagħtu attenzjoni biex jinbidlu strutturi qodma u fl-istess waqt tiġi mtejba l-kwalita’ tas-servizz u l-kura mogħtija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Minnnaħa tiegħu l-Onor John Dalli saħaq fuq l-importanza li jkun offrut servizz tas-saħħa ta’ kwalita’ u li jkun hemm aktar sinerġija bejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u l-Isptar Mater Dei. Il-Ministru Dalli sostna li jenħtieġ li jkun hemm aktar uniformita’ fl-istandards tas-servizzi kollha li jingħataw.
Waqtl-intervent tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Joe Cassar irrefera għar-riforma tal-kura primarja u kif din hi maħsuba li tolqot ukoll is-servizzi tas-saħħa f’Għawdex.
Iż-żjara f’Għawdex intemmet fil-post fejngħaddejja l-fażi finali tax-xogħlijiet f’dak li ser ikun iċ-ċentru ġdid li ser joffri servizzi għall-matul il-jum lill-persuni b’diżabilita’. Madwar 40 persuna jużaw dawn is-servizzi regolarment, li bħalissa qed jingħataw mill-Adult Training Centre f’Għajnsielem. Il-Ministru Giovanna Debono fissret kif iċ-ċentru l-ġdid ser ikun strumentali biex isir progress fis-servizzi li ser ikunu qed jingħataw f’dan il-qasam f’Għawdex.

DOI - 06.05.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow