Left arrow Go Back

fondi ewropej jgħinu biex jitħarsu l-postijiet tax-xogħol fil-qasam turistiku

PR0774
Date Icon 06/05/2009
“Il-programmi ta’ taħriġiffinanzjati minn fondi Ewropej ħolqu investiment fir-riżors uman b’riżultat ta’ ġenerazzjoni ta’ aktar xogħol u kwalità aħjar ta’ impjiegi fis-settur turistiku”.  Dan qalu l-Onor. Chris Said, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, meta dalgħodu, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu l-Onor. Mario de Marco, żaru l-EC School of English f’San Ġiljan bħala parti minn kampanja ta’ informazzjoni f’għeluq il-ħames sena mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Din l-iskola bbenefikat minn fondi Ewropej sabiex tagħmel webportal ġdid.
Dr. Chris Said kompla jgħid lit-taħriġ lil madwar 1,700 ħaddiem f’diversi oqsma marbutin mat-turiżmu kellu impatt pożittiv fuq il-karriera tagħhom u għenhom jakkwistaw ħiliet ġodda marbuta max-xogħol tagħhom u mas-servizz li jipprovdu lit-turist.
Is-Segretarju Parlamentari Mariode Marco qal li aktar minn 85,000 student jiġu jitgħallmu l-Ingliż f’Malta u dan jagħmel dan is-settur importanti ħafna għall-industrija turistika tagħna, minħabba li huwa kkalkulat li dan jikkostitwixxi 13% tal-iljieli totali li jqattgħu l-barranin f’pajjiżna.
Huwa rrefera wkoll għall-fatt lit-turiżmu b’mod ġenerali jikkontribwixxi kważi 30% tal-Prodott Domestiku Gross ta’ pajjiżna. Anke fl-impjiegi, it-turiżmu jissarraf f’14% tal-impjiegi full-time kollha f’pajjiżna u 25% tal-impjiegi part-time kollha f’pajjiżna.
“Kien għalhekk li l-Gvern niedadiversi skemi ta’ għajnuna lis-settur privat fil-qasam turistiku, kemm dik tal-moratorju mill-banek fuq ħlasijiet ta’ kapital fuq self, kemm dik tas-sussidju tal-imgħax fuq self għal titjib jew estensjonijiet tal-lukandi u ristoranti; kemm dik tal-appoġġ għall-konferenzi internazzjonali mis-settur pubbliku, kif ukoll dik ta’ għajnuna lill-għaqdiet sportivi għal turiżmu sportiv. Dan sabiex ngħinu lis-settur iħares l-impjiegi. U s-settur privat qiegħed jirreaġixxi pożittivament għal dawn l-iskemi.”
Mario De Marco ħabbar ukoll likien hemm 91 proposta li ntefgħu fl-ewwel sejħa għall-proġetti bħala parti mill-Iskema ta’ Għajnuna ta’ €10 miljuni mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali bħala parti mill-Fondi Strutturali 2007 – 2013 għal proġetti ta’ turiżmu sostenibbli, u li bħalissa bdiet il-ħidma ta’ evalwazzjoni ta’ dawn il-proġetti. Sejħa oħra mistennija ssir wara s-Sajf.
Chris Said għamel referenzawkoll għall-iskema ta’ fondi għall-Intrapriżi fil-qasam turistiku bejn il-perjodu 2004-2006. Minn din l-iskema bbenefikaw diversi intrapriżi b’54 proġett b’investiment fl-oqsma tal-akkomodazzjoni, catering, għadis, skejjel tal-Ingliż u operaturi tal-ivvjaġġar. Barra minn hekk saru proġetti ta’ titjib fil-prodott turistiku f’żoni pubbliċi bħall-proġett ta’ Howard Gardens, fl-Imdina u fit-Telgħa tal-Kurċifiss il-Belt.
Waqt din iż-żjara tkellem ukollid-Direttur tal-EC School of English, is-Sur Andrew Mangion,li ta preżentazzjoni tal-mod kif l-iskola bbenefikat minn fondi Ewropej sabiex għamlet webportal ġdid u li permezz tiegħu tjiebet il-preżenza ta’ din l-iskola fuq l-internet u għen sabiex il-marketing tal-iskola jkompli jimraħ f’dimensjoni internazzjonali.

DOI - 06.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow