iffirmat ftehim għaLl-esportazzjoni tat-tonn
PR0770
05/05/2009
| Fil-Ministeru għar-Riżorsi u | l-Affarijiet Rurali ġie ffirmat ftehim bejn il-koperattivi tas-Sajd u d-ditta Azzopardi Fisheries, wara li din ta’ l-aħħar rebħet it-tender għall-esportazzjoni tat-tonn għall-istaġun ta’ din is-sena. Il-ftehim sar fil-preżenza tal-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino. |
| Għal darb'oħra, it-tonn li qed jinqabad | mis-sajjieda Maltin permezz tal-konzijiet qed iġib prezzijiet tajbin u bħas-snin ta' qabel, is-sajjieda qed jirnexxielhom isibu suq tajjeb għall-ħut tagħhom. |
| Dan il-ftehim jagħti lil Azzopardi Fisheries | id-dritt li jesporta f’isem Malta, t-tonn maqbud f’dan l-istaġun li fetaħ fil-15 t’April u jibqa’ sejjer sat-30 ta’ Ġunju għal dgħajjes inqas minn 24 metru. |
| Il-qasam tat-tonn huwa wieħed li jinsab | kontinwament f'evoluzzjoni u kull sena jkun hemm tibdil fir-regoli li jikkontrollawh. Fil-preżent il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali qed ikompli jaħdem biex iwettaq il-pjan nazzjonali tal-akwakultura. |
| Għalhekk qed jiġi ppreparat tender biex | tiġi studjata ż-żona ta’ baħar fuq it-Tramuntana tas-Sikka l-Bajda fejn jistgħu jiġu rilokati l-farms tat-tonn li għandna fin-naħa ta' fuq ta' Malta. |
| Dan qed isir biex inkomplu ntejbu l-użu taż-żona | ta' baħar madwar il-kosta u jitnaqsu kemm jista' jkun, konflitti li jistgħu jinqalgħu bejn użu differenti ta' l-istess żona ta' baħar. |
DOI - 05.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984