Left arrow Go Back

iffirmat ftehim għaLl-esportazzjoni tat-tonn

PR0770
Date Icon 05/05/2009
Fil-Ministeru għar-Riżorsi ul-Affarijiet Rurali ġie ffirmat ftehim bejn il-koperattivi tas-Sajd u  d-ditta Azzopardi  Fisheries,  wara li din ta’ l-aħħar rebħet it-tender għall-esportazzjoni tat-tonn għall-istaġun ta’ din is-sena. Il-ftehim sar fil-preżenza tal-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino.
Għal darb'oħra, it-tonn li qed jinqabadmis-sajjieda Maltin permezz tal-konzijiet qed iġib prezzijiet tajbin u bħas-snin ta' qabel, is-sajjieda qed jirnexxielhom isibu suq tajjeb għall-ħut tagħhom.
Dan il-ftehim jagħti lil Azzopardi Fisheriesid-dritt li jesporta f’isem Malta, t-tonn maqbud f’dan l-istaġun li fetaħ fil-15 t’April u jibqa’ sejjer sat-30 ta’ Ġunju għal dgħajjes inqas minn 24 metru.
Il-qasam tat-tonn huwa wieħed li jinsabkontinwament f'evoluzzjoni u kull sena jkun hemm tibdil fir-regoli li jikkontrollawh. Fil-preżent il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali qed ikompli jaħdem biex iwettaq il-pjan nazzjonali tal-akwakultura.
Għalhekk qed jiġi ppreparat tender biextiġi studjata ż-żona ta’ baħar fuq it-Tramuntana tas-Sikka l-Bajda fejn jistgħu jiġu rilokati l-farms tat-tonn li għandna fin-naħa ta' fuq ta' Malta.
Dan qed isir biex inkomplu ntejbu l-użu taż-żonata' baħar madwar il-kosta u jitnaqsu kemm jista' jkun, konflitti li jistgħu jinqalgħu bejn użu differenti ta' l-istess żona ta' baħar.

DOI - 05.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow