ResponsIble Business Week fir-RadisSon SAS Golden Sands Resort and Spa
PR0769
05/05/2009
| Mil-lum | fil-Lukanda RadissonSAS Golden Sands Resort & Spa ngħata bidu għal Responsible Business Week fil-preżenza tal-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino. Din hija ġimgħa fejn matulha l-kumpanija qegħda turi r-responsabilità tagħha mhux biss lejn il-klijenti iżda wkoll fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà, responsabilità soċjali u responsabilità ambjentali. |
| Dan se jkun | qed isir permezz t’attivitajiet varji fosthom clean up day, tħawwil ta’ siġar, għoti ta’ demm, u attivatijiet oħra. Raphael Cauchi, General Manager f’din il-lukanda sostna li dawn l-attivatijiet qegħdin isiru sabiex tinħoloq sinerġija bejn it-tkabbir ekonomiku u l-protezzjoni tal-ambjent u din tiġi riflessa fil-ħidma ta’ kuljum. |
| Matul | il-ġimgħa wkoll, l-ikel li se jiġi servut se jkun magħmul minn prodotti lokali. “Dan juri l-fiduċja li kulħadd qed ikollu fil-prodott frisk lokali, għax il-prodott Malti huwa frisk u ġenwin” sostna l-Ministru Pullicino. |
| Il-Ministru | Pullicino ħeġġeġ lil kulħadd sabiex tkompli tissaħħaħ il-fiduċja mill-konsumatur f’dak kollu li hu Naturalment Malti. Meta jinxtara l-prodott lokali mhux biss il-konsumatur igawdi minn prodott ta’ kwalità għolja, iżda wkoll ikun qed jgħin lis-settur agrikolu li jħaddem fih mijiet ta’ ħaddiema Maltin jiżviluppaw dejjem aktar u joħolqu aktar xogħol. |
| Dawn | l-attivitajiet matul din il-ġimgħa se jkunu qed jgħinu sabiex tkompli tinħoloq kuxjenza ambjentali. Matul din il-ġimgħa din il-lukanda se tkun qed tesponi u taqsam aktar ma’ kulħadd l-esperjenzi u l-best practices tagħhom mal-impjegati u l-familji tagħhom flimkien mal-pubbliku in ġenerali. |
DOI - 05.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984