Opportunità għal atleti Maltin biex jikkompetu fil-venues Olimpiċi ta’ Sydney
PR0767
05/05/2009
| Atleti Maltin, 'l fuq minn 25 | sena għandhom l-opportunità unika li jikkompetu fil-venues Olimpiċi ta’ Sydney, fl-Awstralja f’dawk li huma msejħa bħala l-‘World Masters Games’ li se jinżammu f’Sydney bejn l-10 u t-18 ta’ Ottubru 2009. |
| Karatteristika unika ta’ dawn | il-‘World Masters Games’ li inżammew l-aħħar fil-Kanada fl-2009 hija li biex tieħu sehem m’hemmx għalfejn illi tkun atleta professjonali. |
| Fil-fatt l-unika kriterju | biex tikkwalifika hija l-età. Hemm madwar 28 dixxiplina sportive differenti fosthom għawm u futbol, fejn il-parteċipanti jrid ikollhom mhux anqas minn 25 jew 30 sena rispettivament. |
Aktar dettalji jistgħu jinstabu fuq is-sit www.2009worldmasters.com
Dawk li jixtiequ jipparteċipaw iridu jagħmlu arranġamenti privati biex jivvjaġġaw. Il-ħlas għal parteċipazzjoni fil-World Masters Games huwa 220 dollari Awstraljani (madwar 120 ewro)
DOI – 05.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984