Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-UFFICCJU TAL-PRIM MINISTRU

PR0765
Date Icon 04/05/2009
Il-GWU tghawweg dak li qal il-PrimMinistru dwar it-tarzna
Il-General Workers’ Union fi stqarrija li hargetillum ghawget ta’ dak li qal il-Prim Ministru Lawrence Gonzi dwar il-privatizazzjoni tat-tarzna.
Fl-istqarrijataghha l-General Workers’ Union qalet li “fid-dawl tal-ammissjoni tal-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi illi ma sabx offerti attraenti bizzejjed ghal-privatizzazzjoni tat-Tarzna….”
B’dan it-tghawwig ta’ dak li qal il-PrimMinistru, il-General Workers’ Union riedet taghti l-impressjoni li l-process ta’ privatizazzjoni intemm.
Bil-maqlub ta’ dan, il-Prim Ministru spjegaf’hiex wasal il-process u spjega li kien hemm offerti li huma interessanti u ohrajn le.  Hu zied li l-Gvern se joqghod fuq il-pariri tal-esperti u d-decizjoni finali tkun fl-interess nazzjonali.
Waqt l-intervista li rreferiet ghaliha l-GeneralWorkers’ Union, il-Prim Ministru spejga li “bhalissa il-Privatisation Unit qed tanalizza it-tenders kollha li dahlu. Dahlu numru ta’ tenders uhud minnhom jidhru li huma interessanti, ohrajn ma nahsibx li ghandna naccettawhom. Jien qieghed nistenna rakkomandazzjoni finali tal-esperti imbaghad niehdu d-decizjoni.”
Meta kien mistoqsi mill-prezentatur “Jien ghandiinformazzjoni li l-ebda wahda minnhom ma offriet is-somma li kien qed jistenna l-Gvern. Ghandi ragun?”, il-Prim Ministru wiegeb, “ghandek ragun, jiena kont qed nistenna, jien f’mohhi kelli benchmark. Pero fl-ahhar mill-ahhar, noqghod fuq il-pariri tal-esperti. Il-verita hija illi, l-perjodu ta’ zmien meta dahlu t-tenders ikkoncida ma’ dak li kien qed jigri fl-ambjent internazzjonali u dak effetwa zgur il-proposti li saru. Pero’ jien ghamilt dikjarazzjoni cara.  Nerga naghmilha llum. Jekk il-proposti ma joghgbunix ma naccetta l-ebda wahda minnhom... Dak asset li ghandu valur enormi fl-isbah port li jezisti fil-Mediterran u nassigura lil Poplu Malti li anke hawn naghmlu dak li hu fl-ahjar interess nazzjonali.”
Il-GWUm'ghandiex tghawweg il-fatti u tasal ghal konkluzjonijiet zbaljati.  Fl-interess ta’ pajjizna ghandha thalli l-process ta' privatizzazzjoni tat-tarzna jimxi b'mod regolari.

DOI - 04.05.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow