IL-KABINETT JIDDISKUTI L-AHHAR KAZ TA’ SALVATAGG TA’ IMMIGRANTI ILLEGALI
Illum, il-Kabinett tal-Ministri iddiskuta l-ahhar kaz dwar is-salvatagg mill-Forzi Armati Maltin vicin Lampedusa fid-dawl tal-posizzjoni mehuda mill-awtoritajiet Taljani, fejn dawn sostnew li:
- l-Italja ma kelliex mezzi sabiex tassisti lil dawn il-persuni li kienu fil-periklu (distress), fuq dinghy 24 mil nawtiku ‘l isfel minn Lamepdusa;
- Lampedusa mhix post sigur (“place of safety”).
Il-Kabinett tal-Ministri ikkonkluda li:
- il-posizzjoni Taljana li ma kelliex mezzi biex tassisti persuni fil-periklu hija kontradetta mill-fatt li meta il-patrol boat Maltija (P51) waslet fuq il-post, sabet li diga` kien hemm helikopter tal-Guardia di Finanza Taljana fuq il-post;
- id-decizjoni unilaterali Taljana li Lampedusa mhix post sigur hija inaccettabli ghaliex Lampedusa hi parti integrali mit-territorju Taljan li mieghu dik il-gzira ghandha servizzi ta’ trasport frekwenti u regolari;
- il-fatt li l-awtoritajiet Taljani ma awtorizzawx id-dhul tal-patrol boat Maltija (P51) bl-immigranti salvati fl-Lampedusa, bhala l-eqreb port, huwa ksur ta’ l-obbligi internazzjonali li ghandha l-Italja kif ukoll imur kontra l-prassi li kienet dejjem segwita mill-Italja u minn Maltai;
- skont il-ligijiet marittimi internazzjonali, l-obbligu li ghandha Malta fis-Search and Rescue Region taghha huwa li tikkordina l-attivitajiet ta’ salvatagg f’dan ir-Regjun. Dan ma jezonerax lill-Italja mill-obbligi morali, etici u legali li ghandha fil konfront ta’ min ikun gie salvat mill-gharqa, meta l-eqreb port sigur, skond il-ligi internazzjonali, ikun port Taljan.
Il-Gvern Malti jifhem ukoll li l-Italja tixtieq li tiehu partijiet mis-Search and Rescue Region u mil-Flight Information Region ta’ Malta u li din ix-xewqa tista’ tkun qed taffetwa l-atteggjament Taljan lejn l-obbligi nternazzjonali taghha. Il-Gvern Malti ma jistax jaccetta la din ix-xewqa Taljana u wisq l-anqas xi trasferiment ghal fuq Malta ta’ l-obbligi nternazzjonali li ghandha l-Italja.
In vista ta’ dan, il-Gvern Malti:
- jerga jikkonferma li hu jonora bis-shih l-obbligu li jghin lil min isib ruhhu f’diffikulta`;
- jaghmilha cara li din l-ghajnuna tista’ tvarja skond il-kaz: minn sitwazzjonijiet fejn il-persuni fil-periklu jitwasslu fl-eqreb port ghax ikollhom jabbandunaw il-mezz ta’ transport li jkunu qeghdin fuqu, sa l-ghoti tal-assistenza necessarja biex dawn il-persuni jkomplu bil-vjagg taghhom minghajr periklu;
- ser jiehu d-decizjonijiet li huwa jhoss opportuni skont ic-cirkostanzi ta kull kaz.
DOI – 04.05.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984