86 SENSIELA TA’ PROGRAMMI JIBBENEFIKAW MILL-GĦAJNUNA TAL-GVERN
PR0756
04/05/2009
| Sitta u tmenin sensiela ta’ programm li xxandru | fuq TVM u Radju Malta bejn Ottubru 2007 u Settembru 2008 ibbenefikaw minn ftit aktar minn €1.1 miljun li l-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport jagħti biex ikunu jistgħu jsiru programmi ta’ xandir għas-servizz pubbliku. Dan joħroġ mir-rapport magħmul mid-ditta ta’ awdituri Ernst and Young u li għadu kif ġie ppreżentat lill-Gvern. |
| Ir-rapport ta’ Ernst and Young jiċċertifika li | l-fondi mogħtija mill-Gvern, magħrufa bħala Kontribuzzjoni Programmi EPSO (Extended Public Service Obligation), intużaw b’dan il-mod. |
Ġeneru ta’ programmkontribuzzjoni tal-Gvern
Progammi għat-tfal €298,634
| Ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet u | Parlament €166,088 |
| Drama | €141,143 |
Programmi kulturali, edukattiv u ta’
| interss | ġenerali €320,615 |
| Programmi dwar Għawdex u Maltin ta’ | barra €62,287 |
| Xandir ta’ ġrajjiet ta’ karattru | nazzjonali €86,978 |
| Xandir | reliġjuż €89,593 |
| Total | €1,165,338 |
| L-akbar ammont mar għall-programmi li xxandru | fuq TVM. Din is-somma tlaħħaq għal ftit aktar minn miljun ewro. |
| Barra dawn is-sensiliet, il-PBS xandret | programmi oħra li jitqiesu bħala programmi ta’ xandir ta’ servizz pubbliku, iżda li għalihom il-PBS ma kelliex bżonn titlob fondi tal-Gvern għall-programmi EPSO. Barra minn hekk il-PBS tkun użat fondi oħra, eżempju dħul mir-reklamar, biex ikunu jistgħu jsiru s-sensieliet ta’ programmi ta’ xandir ta’ servizz pubbliku. |
| Il-Ministeru jagħti kontribuzzjoni annwali | lill-PBS biex tkun tista’ twettaq aħjar il-missjoni tagħha ta’ xandar pubbliku. Il-flus jintefqu fuq ġeneri ta’ programmi indikati fil-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir u skont direttivi li l-Ministeru jagħti lill-PBS kull sena. |
| Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, | Żgħażagħ u Sport jixtieq juri l-apprezzament tiegħu għall-Bord tad-Diretturi, il-Bord Editorjali, il-management u l-ħaddiema kollha tal-PBS għall-ħidma li jwettqu biex bir-riżorsi limitati li għandhom jirnexxielhom jagħtu servizz tajjeb lit-telespettaturi u semmiegħa Maltin. |
Lista tal-programmi li rċevew fondi mill-Kontribuzzjoni EPSO......pr0756
DOI - 04.05.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984