STQARRIJA KONĠUNTA TAL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U L-MALTA UNION OF TEACHERS
PR0746
30/04/2009
Wara laqgħa ta’ konċiljazzjoni li saret il-bieraħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u l-Malta Union of Teachers waslu fi ftehim li l-Union tissospendi d-direttiva ta’ work to rule b’effett immedjat sabiex jitkomplew id-diskussjonijiet. Għaldaqstant il-partijiet qablu li:
| a) | jiltaqgħu nhar it-Tnejn 4 ta’ Mejju 2009 biex jitkomplew it-tahditiet dwar il-Memorandum of Understanding dwar il-kategoriji ‘Supply’ u r-Regular Kindergarten Assistants; |
| b) | jiltaqgħu it-Tnejn 11 ta’ Mejju 2009 sabiex tiġi ppreżentata skeda ta’ laqgħat dwar diskussjonijiet dwar l-Addendum għall-Ftehim maqbul f’Lulju 2007. |
DOI – 30.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984