SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)
B’total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ EUR 5 miljuni
Id-Diviżjoni dwar l-Ippjanar u l-Koordinazjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għadha kif nehdiet sejħa ġdida għall-proposti ta’ proġetti biex ikunu kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013.
Organizzazzjonijiet eliġibbli huma mistiedna li jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-proġetti relatati mas-settur msemmi hawn taħt li jaqa’ taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 4 tal-Programm Operattiv I ‘Ninvestu fil-Kompetittivita’ għall-Kwalita’ ta’ Ħajja Aħjar’:
Is-settur taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 4 miftuħ taħt din s-sejħa huwa:
§ Enerġija – sejħa ristretta għal interventi f’Għawdex li jirrigwardaw l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll sorsi ta’ enerġija li tista’ tiġġedded [Total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja: EUR 5 miljuni]
Is-sejħa tagħlaq f’nofsinhar (12:00 hrs) tal-ĠIMGĦA 12 ta’ GUNJU 2009.
Applikanti prospettivi għandhom jieħdu nota tat-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa. Il-Programm Operattiv, il-Formola tal-Applikazzjoni, in-Noti ta’ Gwida, kif ukoll aktar informazzjoni jistgħu jitniżżlu minn fuq il-paġna elettronika: www.ppcd.gov.mt/calls_all.
Għall-aktar tagħrif u gwida, l-applikanti prospettivi huma mistiedna japplikaw għal Sessjoni ta’ Informazzjoni ta’ nofs ta’ nhar li ser isir f’Għawdex il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju 2009 mis-1 sal-5 ta’ wara nofsinhar. Il-formola għar-reġistrazzjoni għas-Sessjoni ta’ Informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-paġna elettronika: www.ppcd.gov.mt/calls_all li għandha tintbagħat lil Ms. Tania Carabott (tania.carabott@gov.mt) sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-Tlieta l-12 ta’ Mejju 2009. Il-postijiet huma limitati u jingħataw lil min jibbukja l-ewwel. In-numru ta’ applikanti għal kull organizzazzjoni jista’ jkun ristrett.
Mistoqsijiet ġenerali relatati ma din is-sejħa jew mal-Politika ta’ Koeżjoni 2007 - 2013 għandhom jiġu indirizzati lis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info@ppcd.gov.mt
DOI – 30.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984