Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI - ELEZZJONIJIET GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U GĦALL-KUNSILLI LOKALI - 6 TA’ ĠUNJU 2009

PR0737
Date Icon 30/04/2009

Tqassim ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni 

Il-Kummissjoni Elettorali  tavża  lil dawk il-persuni  kollha f’Malta u f’Għawdex   li isimhom jidher fir-Reġistru Elettorali ppubblikat f’April 2009,  illi  uffiċjali tal-Pulizija ser  jibdew iqassmu d-dokumenti  għall-votazzjoni  minn  nhar  il-Ħadd 3 ta’ Mejju sa nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju,  2009.    It-tqassim ser jsir bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m. u bejn it-3.00 p.m. u t-8.00 p.m.   Fil-ġranet  kollha tal-ġimgħa inkluż il-Ħdud.  Għaldaqstant huwa ta’ ħtieġa kbira li fid-dar ikun hemm xi persuna tal-familja li ma tkunx taħt it-18-il sena biex tirċievi d-dokumenti għall-votazzjoni.  Il-liġi elettorali tippermetti li rappreżentanti tal-partiti politiċi jakkumpanjaw lill-uffiċjali tal-pulizija waqt it-tqassim tad-dokumenti tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Id-dokument għall-votazzjoni għandu jinżamm f’post fejn wieħed isibu għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota.

DOI - 30.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow