IL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI JIRRINGRAZZJA LILL-ĠENITURI
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport jixtieq jirringrazzja lill-ġenituri tat-tfal fl-iskejjel tal-Gvern li ħadu l-parir tiegħu u fil-maġġoranza kbira tagħhom, il-lum ma bagħtux lil uliedhom l-iskola minħabba l-istrajk ordnat mill-Malta Union of Teachers.
Id-Direttorati Ġenerali tal-Edukazzjoni, jinnotaw li fil-fatt, għalkemm l-iskejjel kollha fetħu, ftit kienu dawk it-tfal li marru fl-iskejjel u l-ġurnata għaddejja b’mod trankwill.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jiddispjaċih li kellu jieħu dan il-pass, iżda fl-aħjar interess tas-sigurta’ tat-tfal, la darba fl-iskejjel ma kienx se jkun hemm min jindukrahom, dan kien l-aħjar parir fiċ-ċirkostanzi.
Il-Ministeru jixtieq jassigura lill-istudenti, l-ġenituri u l-poplu Malti kollu li jibqa’ impenjat li f’dak kollu li jagħmel u fid-deċiżjonijiet li jittieħdu l-interess tat-tfal jitpoġġa dejjem fuq quddiem nett.
DOI – 30.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984