STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ZGĦAZAGH U SPORT Falliet il-Konċiljazzjoni bejn il-Gvern u l-MUT EBDA LEZZJONIJIET FL-ISKEJJEL TAL-GVERN
Minkejja t-tentattivi tal-Gvern biex tinstab soluzzjoni fil-kwestjoni tal-MUT dawn fallew u għalhekk mhux se jkun hemm lezzjonijiet fl-iskejjel tal-Gvern għada.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport jagħraf ir-responsabilta` ewlenija li għandu li jħares l-aħjar interessi tat-tfal.
Sfortunatament, wara li l-MUT ordnat ġurnata strajk fl-iskejjel tal-Gvern, is-sigurta` tat-tfal ma tistax tkun garantita f’dawn l-iskejjel f’jum l-istrajk, minkejja l-isforzi kollha tal-Gvern. Għalhekk, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jixtieq jinforma lill-ġenituri, li għada, il-Ħamis 30 ta’ April, mhux se jkun hemm lezzjonijiet fl-iskejjel tal-Gvern.
L-MUT qed isejjaħ ukoll lill-Kapijiet tal-Iskejjel biex jieħdu sehem fl-istrajk. Għaldaqstant, biex tkun imħarsa s-sigurta` tat-tfal, mhux se jkun provdut transport għall-iskejjel. Fid-dawl ta’ dan, il-ġenituri huma mħeġġa biex ma jibgħatux lit-tfal l-iskola.
Madankollu l-iskejjel se jkunu miftuħin għal dawk il-ħaddiema li se jidħlu għax- xogħol.
Il-Ministeru u d-Direttorati tal-Edukazzjoni, jirrikonoxxu u japprezzaw is-servizz li taw u qed jaghtu l-għalliema u edukaturi oħra, u jibqgħu impenjati biex isibu mezzi kif dejjem jappoġġjaw aktar lill-għalliema u edukaturi Maltin u Għawdxin.
Il-Gvern jerġa’ jikkundanna d-deċiżjoni tal-Malta Union of Teachers li ordnat strajk bla raġuni valida, fuq talbiet ġodda, esaġerati, u li tressqu wara li kien iffirmat il-Ftehim tal-2007. Dan l-istrajk jiddiskrimina bejn tfal li jmorru skejjel tal-Gvern u tfal li jattendu skejjel oħra.
DOI - 29.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984