Left arrow Go Back

IL-BORŻA TA’ STUDJU HAROLD SCOREY FIX-XANDIR

PR0733
Date Icon 29/04/2009

Din il-borża ta’ studju ġiet imwaqqfa bħala tifkira tal-ġurnalista Harold Scorey li għal bosta snin kien Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet tar-Rediffusion u tal-Malta Television. Hija miftuħa għall-ġurnalisti li jaħdmu fix-xandir jew ġurnalisti aspiranti biex jiżviluppaw is-sengħa tagħhom fil-ġurnaliżmu li għandu x’jaqsam max-xandir. Din il-borża tikkonsisti f’għotja ta’ €5,000 u hija intiża biex tkopri l-ispejjeż kollha, jew parti minnhom, tat-taħrig jew attachment.

Il-borża ta’ studju trid tiġi utilizzata matul l-2009. Preferenza tingħata lil dawk il-ġurnalisti li jaħdmu fix-xandir pubbliku. Bord imwaqqaf apposta jeżamina l-applikazzjonijiet kollha.

Aktar dettalji u formoli tal-applikazzjoni għal din il-borża ta’ studju jistgħu jintalbu mid-Direttorat għall-Operat u Implimentazzjoni ta’ Programmi fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, 13 Triq San Pawl, il-Belt Valletta jew bit-telefon fuq numru 2200 1852 jew permezz tal-e-mail customercare.opm@gov.mt. Informazzjoni relatata u kopja ta’ din il-formola huma wkoll aċċessibli fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru https://opm.gov.mt/direttorat-ghall-operat-implimentazzjoni?!=2.

Applikazzjonijiet minn persuni interessati jintlaqgħu fl-indirizz imsemmi hawn fuq sad-29 ta’ Mejju 2009.

DOI - 29.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow