Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

PR0732
Date Icon 29/04/2009

Enerġija Nadifa – b’reazzjoni għall-kummenti tal-Onor Brincat

B’reazzjoni għall-istqarrija maħruġa mill-kelliem ta’ l-Oppozizzjoni l-Onor. Leo Brincat, Il-Gvern jinnota li flok mal-Oppozizzjoni tissieħeb biex f’pajjiżna jittieħdu aktar inizjattivi favur l-ambjent u biex jiġu ndirizzati l-effetti tal-bidla fil-klima, għal darb’ oħra tagħżel li titfa dubbji fuq il-proċess u tipprova tħawwad l-imħuħ.

Bil-kliem l-Oppozizzjoni tagħti impressjoni li b’xi mod hi konxja tal-problema tat-tibdil fil-klima u bil-paroli tgħid li għandha tittieħed azzjoni, iżda bil-fatti tagħmel mod ieħor.

Fil-għaġla biex ifittex joħroġ stqarrija li titfa dubbji u tħawwad l-imħuħ fuq id-deċizjoni tal-Gvern li jkompli b’aktar studji fuq tlett siti għall-iżvilupp ta’ wind farms il-kelliem ħa falza stikka oħra fuq numru ta’ punti;

• ir-rapporti kollha relatati mad-deċiżjoni tal-Gvern li jkompli bl-istudji fit-tlett siti, mħabbra il-bieraħ, ittellgħu fuq is-sit www.windfarms.gov.mt hekk kif kienet qed issir il-konferenza stampa;

• il-Gvern ġranet ilu ċaħad kategorikament li qatt kellu xi rapport ta’ xi esperti barranin li s-Sikka l-Bajda m’hijiex vijabbli;

 • il-membri kollha tal-Kumitat għall-Enerġija mir-Riħ (Prof. Edward Mallia, Dr. George Debono, Ing Robert Farrugia, Dr. Ing Tonio Sant, Dr Alan Deidun) qablu mal-konklużjoniiet u rakkomandazzjonjiet tar-rapport tant li ffirmaw ir-rapport finali li ġie mgħoddi lill-Gvern. Prova ta’ dan tinsab ukoll fis-sit www.windfarms.gov.mt;

• Il-Gvern mar għal siti fuq l-art wara rakkomandazzjonijiet li saru minn esperti tekniċi;

• il-Gvern hu mpenjat li Għawdex tiġi zviluppata fi Gżira ekoloġika biex jiżdied il-potenzjal ta’ din il-Gżira b’aktar turiżmu u aktar investiment. Kif intqal dalgħodu waqt il-konferenza stampa l-istudju dwar enerġiji nodfa f’Għawdex ħa jkunu integrati fil-proġett ambizzjuż tal-Gvern eko-Għawdex.

• Kif intqal ukoll il-bieraħ, l-Gvern għadu nteressat fit-teknoloġija ta’ deep sea wind farms. Pero’ minħabba l-fatt li r-riċerka f’dan il-qasam qed tiġi żviluppata aktar bil-mod minn dak previst, il-Gvern qed jikkonsidra teknoloġiji li huma ppruvati f’baħar aktar baxx u fuq l-art.

Il-Gvern japprezza l-għajnuna u l-impenn ta’ nies magħrufa għall-kredenzjali ambjentali tagħhom li mpenjaw ruħhom sabiex jagħtu l-kontribut tagħhom f’din il-materja ta’ mportanza nazzjonali.

L-Oppożizzjoni m’hi tagħti l-ebda kontribut fid-diskussjoni ambjentali. Anki meta qalet li se tagħmel private members bill, kull ma għamlet kienet mozzjoni ta’ 153 kelma. L-ambjent u t-tibdil fil-klima għandu jiġi trattat b’serjeta’ u mhux b’pożizzjonijiet ta’ konfront.

Finalment jekk verament l-Oppożizzjoni temmen fit-trasparenza u mhux tippretendiha biss minn ħaddieħor, il-Gvern jistenna li l-Oppożizzjoni tippublika d-direzzjoni li inghatat minn grupp ta’ “esperti”, mqabbda mill-kelliem tagħha għall-Ippjanar f’Lulju 2008, dwar il-wind farms f’pajjiżna.

DOI - 29.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow