Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI:   ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI -  6 TA’ GUNJU 2009

PR0723
Date Icon 29/04/2009

Nomini ta’ kandidati  

ll-Kummissjonarji Elettorali javżaw illi huma ser ikunu fl-Uffiċċju tagħhom,  Evans Building,  Misraħ Sant’Jiermu, il-Belt Valletta, u fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat Għawdex,biex jirċievu nomini ta’ kandidati għall-elezzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej u għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sas-7.00 p.m.,  nhar is-Sibt it-2,  il-Ħadd t-3 u t-Tnejn l-4 ta’ Mejju, 2009.   Il-Kandidati huma avżati li jridu jippreżentaw il-karta tal-identita’ tagħhom.  F’każ li l-formola tan-nomina tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat,  ir-rappreżentant għandu jġib prokura mill-kandidat li tkun awtentikata minn nutar pubbliku.
Il-formoli ta’ applikazzjoni għan-nomini ta’ kandidati jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, il-Belt Valletta,mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, ir-Rabat, Għawdex u,  għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, mill-Uffiċċji tal-Kunsilli Lokali mil-lum u matul il-ġranet tan-nomini.

L-oġġezzjonijiet għan-nomini jiġu milqugħa mill-Kummissjonarji fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, il-Belt Valletta, u fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’,  ir-Rabat (Għawdex),   fil-ġranet u matul il-ħinijiet speċifikati għan-nomini kif ukoll nhar it-Tlieta l-5 u l-Erbgħa s-6 ta’ Mejju,  2009,  fl-istess ħinijiet.


DOI - 29.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow