AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI: ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI - 6 TA’ GUNJU 2009
PR0723
29/04/2009
Nomini ta’ kandidati
| ll-Kummissjonarji Elettorali javżaw illi huma ser ikunu fl-Uffiċċju tagħhom, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, il-Belt Valletta, u fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat Għawdex, | biex jirċievu nomini ta’ kandidati għall-elezzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej u għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sas-7.00 p.m., nhar is-Sibt it-2, il-Ħadd t-3 u t-Tnejn l-4 ta’ Mejju, 2009. Il-Kandidati huma avżati li jridu jippreżentaw il-karta tal-identita’ tagħhom. F’każ li l-formola tan-nomina tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat, ir-rappreżentant għandu jġib prokura mill-kandidat li tkun awtentikata minn nutar pubbliku. |
| Il-formoli ta’ applikazzjoni għan-nomini ta’ kandidati jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, il-Belt Valletta, | mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, ir-Rabat, Għawdex u, għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, mill-Uffiċċji tal-Kunsilli Lokali mil-lum u matul il-ġranet tan-nomini. |
L-oġġezzjonijiet għan-nomini jiġu milqugħa mill-Kummissjonarji fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, il-Belt Valletta, u fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, ir-Rabat (Għawdex), fil-ġranet u matul il-ħinijiet speċifikati għan-nomini kif ukoll nhar it-Tlieta l-5 u l-Erbgħa s-6 ta’ Mejju, 2009, fl-istess ħinijiet.
DOI - 29.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984