Left arrow Mur Lura

BDIEWA GĦAWDXIN JINQDEW MINN GĦAWDEX STESS GĦALL-ISKEMA ALPS TAD-DIPARTIMENT TAL-ARTIJIET

PR0721
Date Icon 29/04/2009

Illum id-Diviżjoni Proprjeta’ tal-Gvern (GPD) bdiet tikkonkludi  f’Għawdex kuntratti taħt l-iskema għal Art Agrikola tal-Gvern (ALPS). Dan qed isir biex l-applikazzjonijiet taħt l-iskema li tant kienet intlaqet b’suċċess jiġu ipproċessati minn ġewwa l-uffiċċju tal-GPD f’Għawdex stess, u l-bdiewa Għawdxin ma jkollhomx għalfejn jinżlu Malta. 

L-iskema tal-ALPS kienet infetħet fis-sena 2000 u kienet maħsuba biex dawk il-bdiewa kollha li jaħdmu art agrikola tal-Gvern iżda li mhumiex rikonoxxuti, jingħataw titlu ta’ qbiela agrikola.  Din l-iskema kienet ta’ suċċess kbir tant li kien hemm total ta’ 9,773 applikazzjoni, u ’l fuq minn 3000 minnhom kienu minn Għawdex. 

Mal-applikazzjoni, il-bdiewa jinħtieġilhom jipprovdu fost l-oħrajn, affidavit li kien ilhom tal-inqas sentejn jaħdmu l-art li fuqha applikaw għaliha, pjanta tal-proprjeta’ li turi l-konfini tal-art in kwistjoni, flimkien ma’ dokumenti relatati mal-applikazzjoni.  Din l-iskema kienet tagħti d-dritt lil dawk il-bdiewa li kellhom titlu diġà, jew inkella l-kirja kienet flimkien ma’ bdiewa oħra, biex b’hekk setgħu tingħatalhom kirja individwali. 

L-iskema tal-ALPS kienet intlaqet tajjeb, għax tagħti titlu legali ’l dak il-bidwi illi jaħdem l-art mingħajr ma għandu titlu fuqha.

DOI – 29.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow