Il-President George Abela FI żJARA TA’ KORTEżIJA F’GĦAWDEX.
“Il-kontribut ta’ kull wieħed u waħda minnha fis-soċjeta’ għandu jkun li jkompli jikber il-ġid komuni anke jekk ikun hemm differenzi fit-twemmin reliġjuż tagħna. Rridu nkunu toleranti għal dawk il-persuni b’twemmin differenti kif ukoll għal dawk li ma jemmnux. Iridu naħdmu id f’id lejn din id-direzzjoni kemm jekk aħna nokkupaw karigi ċivili kif ukoll jekk nokkupaw karigi ekklesjastiċi u dan għax ilkoll naħdmu bi skop wieħed: il-ġid komuni għas-soċjeta’ tagħna.”
Dan qalu l-President George Abela waqt li rreċċiproka żjara ta’ korteżija lill- Monsinjur Isqof Mario Grech fil-Kurja, r-Rabat, Għawdex.
Monsinjur Isqof Grech tkellem dwar il-ħtiġijiet spiritwali, anki ta’ dawk li jgħidu li ma jemmnux, u enfasizza li kemm il-Knisja kif ukoll l-Istat, jridu jaħdmu id f’id f’kollaborazzjoni sħiħa ma xulxin għall ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.
DOI - 28.04.09
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984