Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, KULTURA ŻGĦAŻAGĦ U SPORT

PR0714
Date Icon 28/04/2009

Laqgħa informali bejn il-Gvern u l-MUT

Nhar it-Tnejn fil-għodu saret laqgħa informali bejn il-Ministru Dolores Cristina u uffiċjali mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u s-Sur John Bencini, President tal-Malta Union of Teachers, li kien akkumpanjat mill-Viċi President Anzjan tal-istess Union.  

Waqt din il-laqgħa, il-Ministru Cristina reġgħet ġeddet l-impenn tagħha li appena jkunu konklużi t-trattattivi li għaddejjin bħalissa dwar is-Supply Teachers, is-Supply Kindergarten Assistants u s-Supply Learning Support Assistants, il-Ministeru jkun preparat li jibda diskussjonijiet dwar l-addendum b’talbiet ġodda imressaq mill-MUT wara li kien iffirmat il-Ftehim ta’ Riforma fl-Edukazzjoni bejn il-Gvern u l-istess Union fl-2007. 

Minkejja dan l-MUT xorta se tkompli bl-azzjonijiet industrjali mħabbra, fosthom strajk tal-għalliema li minnu se jbagħtu biss it-tfal tal-iskejjel. 

Sadattant, b’riferenza għal stqarrija maħruġa mill-GWU dwar din il-kwestjoni, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport jagħmilha ċara li l-Gvern qed jonora dak li kien hemm qbil dwaru bejn il-Gvern u l-MUT fil-ftehim ta’ Novembru 2007, tant li l-għalliema tħallsu l-“allowances” kollha li kienu miftehma.  Fil-fatt sal-lum diġa’ kien implimentat 76% minn dak il-ftehim u 12% oħra se jkun implimentat fil-ġimgħat li ġejjin, kif taf tajjeb l-MUT.

DOI – 28.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow