AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI: ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI - 6 TA’ GUNJU 2009
Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali; Persuni sabiex jgħoddu; jissorveljaw; Agenti ta’ Partit; ta’ l-Għadd, tat-Trasport u Konsenjatarji mill-partiti politiċi
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-partiti politiċi li ser jikkontestaw l-elezzjonijiet għall-Membri Parlamentari Ewropej u għall-Kunsilli Lokali ta’ Mdina, Bormla, Żabbar, Rabat (Għ), Birkirkara, Fgura, Gudja, Għarb, Għaxaq, Kalkara, Lija, Marsaskala, Mġarr, Msida, Naxxar, Pieta’, Rabat (M), San Ġwann, Sannat, Sliema, Tarxien, Xgħajra u Mtarfa u kull persuna jew kull għadd ta’ persuni li jikkontestaw l-elezzjonijiet għall-Membri Parlamentari Ewropej u ta’ Kunsill Lokali bħala grupp wieħed taħt l-istess isem li, skont l-artikolu 21(1) tal-Att XVI tal-2003 dwar iż-żamma ta’ Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u skont ir-regolamenti 27(1), 55(3) u 30(3) tat-Tielet Skeda tal-Att tal-1993 dwar Kunsilli Lokali, huma jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni Elettorali listi li fihom jinnominaw persuni biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji, persuni li jgħoddu, lijissorveljawu Agenti ta’ Partit. Dawn il-listi għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni Elettorali sas-7 ta’ Mejju, 2009.
Il-partiti politiċi jistgħu, sas-16 ta’ Mejju, 2009, jissottomettu lill-Kummissjoni Elettorali lista bl-ismijiet ta’ persuni biex iservu bħala Aġenti tal-Għadd. In-numru ta’ aġenti tal-għadd għandu jkun daqs in-numru ta’ kandidati li ser jikkontestaw multiplikat bin-numri ta’ postazzjonijiet tal-għadd kif stabbilit mill-Kummissjoni Elettorali għall-elezzjoni ta’ Membri Parlamentari Ewropej u daqs in-numru ta’ kandidati li ser jikkontestaw l-elezzjoni mal-partit fil-lokalita’ rispettiva għall-elezzjonijiet ta’ Kunsilli Lokali.
Il-partiti politiċi huma mfakkra ukoll illi skont l-artikolu 21(1) tal-Att XVI tal-2003 dwar iz-żamma tal-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u skont ir-regolamenti 54(1) u 46(6E) tat-Tielet Skeda tal-Att tal-1993 dwar Kunsilli Lokali huma jistgħu sas-Sibt 16 ta’ Mejju, 2009, jinnominaw persuni biex iservu bħala Aġenti Konsenjatarji u Aġenti għat-Transport. In-numru tal-Aġenti Konsenjatarji għandu jkun mhux aktar minn tnejn għal kull postazzjoni tal-għadd kif stabbilit mill-Kummissjoni Elettorali għall-elezzjoni ta’ Membri Parlamentari Ewropej u mhux aktar minn tnejn għal kull lokalita’ li tkun qegħda tiġi kkontestata għall-elezzjonijiet ta’ Kunsilli Lokali, kif stabbilit mill-Kummissjoni Elettorali. In-numru ta’ Aġenti għat-Trasport ikun daqs in-numru ta’ vetturi li jintuzaw fil-ġarr tal-Assistenti Kummissjonarji u l-kaxex tal-voti.
Il-formoli tan-nominazzjonijiet ta’ kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, l-Belt Valletta u l-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Frangisk, ir-Rabat, Għawdex sat-Tnejn 4 ta’ Mejju, 2009.
In-nominazzjonijiet ta’ kandidati ser jiġu milqugħa mill-Kummissjoni Elettorali nhar is-Sibt 2, il-Ħadd 3 u t-Tnejn 4 ta’ Mejju, 2009, mid-9.00 ta’ filgħodu sas-1.00 p.m. u mit-3.00 ta’ wara nofsinhar sas-7.00 ta’ filgħaxija.
DOI - 28.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984