Bejgħ ta oġġetti ta’ l-ikel li jkollom Indikazzjonijiet dwar in-Nutrizzjoni u s-Saħħa
Il-Kummissjoni għas-Sigurta’ fl-Ikel flimkien mad-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Diviżjoni Regolatorja tas-Saħħa Pubblika, jixtieq javża lill-pubbliku ‘n ġenerali w partikolarment lil dawk fil-kummerċ ta’ l-ikel, li ikel li jkollu indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa fuq it-tikketti tagħhom m’hux ser ikunu iktar permess wara il-31 ta’ Lulju 2009, sakemm ma jkunux milħuqa il-ħtiġijiet kif stipulati fir-Regolament (KE) 1924/2006.
Prodotti li ma jilħqux il-ħtiġijet f’dan ir-regolament u li jkunu għadhom fuq is-suq wara l-31 ta’ Lulju 2009, għandhom jigu ttikketjati mill-ġdid skond dan ir-regolament jew imneħħija minn fuq is-suq mill-kummerċjant innifsu. Kummerċjanti tal-prodotti ta’ l-ikel li jkollhom indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa fuq it-tikketta tagħhom qegħdin jiġu mfakkra li tali prodotti għandhom jiġu notifikati ma’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-Istandards skond l-Att Legali 84 ta’ 2008, Regolamenti tal-2008 dwar Indikazzjonijiet dwar in-Nutrizzjoni u s-Saħħa.
Prodotti li fuq it-tikketta jkollhom indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa ma jistgħux jiġu rriklamati fuq il-meżżi tax-xandir lokali sakemm ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) 1924/2006. Il-Kummissjoni għas-Sigurta’ fl-Ikel qed tinnotifika li b’effett immedjat, prodotti li jkollhom indikazzjonijiet dwar in-Nurtizzjoni u s-Saħħa għandhom ikunu konformi mal-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) 1924/2006.
F’każ ta’ xi diffikultajiet, il-konsumaturi huma mitluba jikkuntattjaw lid-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon 21324092 bejn it-tmienja ta’ filgħodu u s-sagħtejn ta’ wara nofs inhar.
DOI – 27.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984