DISKORS minn Dr. Ray Busuttil, Direttur Ġenerali gĦar-regolazzjoni dwar is-saĦĦa pubblika, WAQT L-INAWGURAZZJONI TAS-SISTEMA NAZZJONALI DWAR L-EMOVIĠILANZA, ORGANIZZATA MID-DIPARTIMENT GĦAL STANDARDS DWAR IS-SERVIZZI TAS-SAĦĦA - VALLETTA – 27 april 2009
Il-kura ta’pazjenti permezz tad-demm u prodotti tad-demm saret suġġett importanti fil-kura medika ta’ kwalità. It-trasfużjoni tad-demm qiegħeda tintuża bħala kura għal ħafna kundizzjonijiet u qiegħda tiġi pprattikata fl-oqsma kollha tal-mediċina u kura klinika. Dawn it-trasfużjonijiet tad-demm m’humiex mingħajr perikli għaliex jistgħu jkunu kaġun ta’ reazzjonijiet u trasmissjoni ta’mard infettiv.
Biex wieħed jassikura biżżejjed sorsi ta’ demm u demm ta’ standards għolja ta’ kwalità’, wieħed ma jridx jiċċerta ruħu biss li jkollu numru tajjeb ta’ donaturi, imma irid ikun hemm ukoll kriterji serji ta’ kif jintagħażlu d-donaturi, li jkun hemm standards għolja fil-proċessi kollha tal-produzzjoni tad-demm, l-użu ottimali tad-demm u prodotti tad-demm fil-kura klinika, prattiċi siguri fil-qasam tat-trasfużjoni imma wkoll illi jkun hemm sistema t’emoviġilanza, jew sistema ta’ monitoraġġ ta’ reazzjonijiet u inċdenti avversi relatati mat-trasfużjoni tad-demm. B’emoviġilanza, wieħed ifisser set ta’proċeduri ta’monitoraġġ relatati ma reazzjonijiet u inċidenti avversi jew mhux mistennija f’min jagħti u min jirċievi d-demm u studji epidemjloġici tad-donaturi fit-tul taż-żmien.
L-għan prinċipali ta’din is-sistema t’emoviġilanza hi li permezz tagħha, wieħed jinduna b’xi effetti ħżiena illi jistgħa jkollha transfuzjoni tad-demm bl-skop illi tiġi eliminata l-kawża ħalli effetti bħal dawn ma jerġgħux jiġru u b’hekk titjieb is-sigurtà’ tat-trasfuzjonijiet.
Din is-sistema t’Emoviġilanza hija importanti għaliex il-kwalità’ tad-demm u prodotti tad-demm hija investiment kontinwu illi għandna d-dover illi nagħmlu fil- kura tal-pazjenti tagħna. Id-Dipartiment Għal Standards Dwar is-Servizzi tas-Saħħa hu fid-dover illi jassigura illi ikun hemm sistemi ta’ kontroll tal-kwalità’ illi konsistement jassiguraw kwalita’ tajba tad-demm u illi tul il-proċess kollu tat-trasfużjoni mill-għażla tad-donaturi, l-ipproċessar tad-demm sa t-trasfużjoni innifisha tkun mħarsa s-sigurta’ u illi in-nies illi jagħtu u jieħdu d-demm jibqgħu jiġu segwiti.
L-irrappurtar ta’ reazzjonijiet u inċidenti avversi hu importanti għall-organizzazzjoni għaliex organizzazzjoni tista’ titgħallem ħafna minn dan l-irrapportar. Dan għaliex għandha dejjem tiġi inkorraġġuta mentalità’ ta’ kultura miftuħa u ġusta illi tenfasizza l-ħtieġa illi professjonisti tas-saħħa ifittxu r-raġunijiet għalfejn isiru l-iżbalji u jitgħallmu minn dan, bl-iskop illi tikber is-sigurtà’ fil-kura tal-pazjenti.
It-twaqqif ta’ din is-sistema t’emoviġilanza hu importanti wkoll minħabba l-obbligi legali li ġew imposti mill-Att Dwar id-Demm u t-Trapjanti (Att Numru IV tal-2006) u l-Avviż Legali 273 tas-sena 2006 - Regolamenti ta’ l-2006 dwar ħtiġiet ta’ Traċċabilità u Avviż ta’ Reazzjonijiet u Okkorrenzi Gravi Avversi. Dawn ir-regolamenti jimplimentaw id-Direttiva 2005/61/KE li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar, 2003 li għandhom x’jaqsmu ma’ ħtiġiet ta’ traċċabilità u ta’ għoti ta’ avviż dwar reazzjonijiet u okkorrenzi gravi avversi. Bħala professjonisti tas-saħħa, aħna għandna responsabbiltà professjonali u obbligu legali illi nsegwu dawn ir-regolamenti.
Id-Diviżjoni Dwar ir-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika hi l-istituzzjoni illi tassigura illi dawn il-miżuri jiġu implimentati. Id-Dipartiment għal Standards dwar is-Servizzi tas-Saħħa, fi ħdan din id-Diviżjoni qiegħed imexxi l-infurzar ta’ din is-sistema ta’ irrapurtar ta’ reazajonijiet u okkorrenzi avversi relatati ma t-transfużjoni. Mutul is-sena 2008 kien hemm bosta żviluppi, fosthom it-twaqqif ta’ Haemovigilance Unit, it-twaqqif tas-sistemi u strutturi istituzzjonali neċessarji għal dan l-irrappurtar u anki parteċipazzjoni fi tħarriġ organizzat bħala parti mill-proġett ta’ ġemellaġġ bejn l-Awtorità tal-Mediċini ta’ Malta u l-Olanda.
Malta saret ukoll membru tal- European Haemovigilance Network f’din is-sena u ibbenefikat minn fondi immirati għal din is-sistema nazzjonali. Matul din is-sena wkoll, ġie ippubblikat l-Ewwel Rapport Nazzjonali Malti dwar l-Emoviġilanza għas-sena 2007 bħala wieħed mill-obbligi tal-irrapurtar lill- Kummissjoni Ewropeja. Ir-Rapport dwar is-Sena 2008 qiegħed jitlesta biex ikun jista’ jiġi mgħoddi lill- Kummissjoni Ewropeja sa Ġunju 2009.
B’sodisfazzjon kbir, nirreferu għar-Rapport Annwali 2007 bħala indiċi tal-kwalità’ għolja tal-istandards tad-demm u prodotti tad-demm f’Malta. Matul l-2007 ma kien hemm l’ebda każi t’infezzjonijiet li jiġu trasmessi bit-trasfużjonijiet. Ma kien hemm l’ebda mewt ikkaġunata minn trasfużjoni. L’ebda wħda mir-reazzjonijiet illi ġew irrappurtati ma kienet relatata mal-kwalità’ u s-sigurtà’ tad-demm.
Matul is-sena 2007, ġew miġbura 14125 units ta’demm u saru 355 ġabra permezz tal-“apharesis”. Ġew mqassma 19597 units miċ- Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni.
| Komponenti tad-Demm | Numru ta’ Units Li Ġew Maħruġa |
| Red blood cells | 13560 |
| Aphaeresis platelets | 353 |
| Pooled platelets | 641 |
| Filtered fresh frozen plasma | 3970 |
| Filtered cryoprecipitate | 1073 |
| TOTAL ta’ Komponenti Maħruġa | 19597 |
Minkejja l-kwantità’ għolja ta’ demm li gie maħruġ, ġew irrappurtati biss 29 reazzjoni relatati mat-trasfużjoni tad-demm. Ħafna minn dawn ir-reazzjonijiet kienu reazzjonijiet ħfief bħal deni u reazzjonijiet allerġiċi. Minn dawn ir-reazzjonijiet waħda biss tistgħa tissejjaħ bħala reazzjoni serja. Din ir-reazzjoni ma kienitx relatata ma mal-kwalità tad-demm.
| Komponenti tad-Demm | Numru ta’ Units Li Ġew Maħruġa |
| Red blood cells | 13560 |
| Aphaeresis platelets | 353 |
| Pooled platelets | 641 |
| Filtered fresh frozen plasma | 3970 |
| Filtered cryoprecipitate | 1073 |
| TOTAL ta’ Komponenti Maħruġa | 19597 |
Dan ir-rapport wera illi r-rata ta’reazzjonijiet avversi serji relatati mat-trasfużjoni tad-demm (reazzjonijiet illi għandhom jiġu irraportati lill-Kummissjoni Ewropeja) hi baxxa ħafna.(5.1 reazzjoni għal kull 100,000 unit ta’ demm illi ġew maħruġa). Dawn l-istatistiċi juru illi il-prodotti tad-demm Maltin huma ta’ livell għoli ta’ kwalità.
DOI – 27.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984