Prodott tal-elettriku irtirat mis-suq
L-Awtorita’ Maltija dwar l-Istandards permezz ta’ l-Att dwar is-Sigurezza tal-Prodotti, Kap. 427 tal-liġijiet ta’ Malta, tavza illi l-prodott li jidher fir-ritratti meħmuza, huwa pprojbit minħabba li l-prodott instab li huwa ta’ periklu ghal min juzah.
Il-prodott, Universal Travel Adaptor, qiegħed jiġi pprojbit minn fuq is-suq għaliex jipprezenta riskju ta’ xokk bl-elettriku lill-konsumaturi. Il-prodott li huwa universal adaptor iservi biex tqabbad apparat elettriku li jkun two-pin jew three-pin, mal-mains tad-dawl.
Il-prodott jipprezenta riskju lill-konsumaturi għaliex huwa possibbli li meta l-adaptor ikun mqabbad mal-mains supply, il-parti l-oħra tal-prodott issir live u tista’ tkun esposta. Din tista’ tintmess u għalhekk hija riskju serju għal min ikun qed jużaha, li jieħu xokk ta’ l-elettriku.
L-Awtorita’ ordnat lill-importaturi u/jew lil ħwienet li għandhom dan il-prodott sabiex ineħħuh minn fuq is-suq b’effett immedjat u biex javzaw lill-konsumaturi li xtraw il-prodott sabiex jirritornawh. L-Awtorita’ tirrakomanda ukoll lill-konsumaturi li għandhom dan il-prodott, biex ma juzawx dan il-prodott u/jew jirritornawh fil-ħanut minn fejn xtrawh.
DOI – 27.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984