Left arrow Mur Lura

Stqarrija TAl-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment dwar id-diskors tal-Kap tal-Oppozizzjoni

PR0700
Date Icon 26/04/2009

L-Oppozizzjoni trid li l-Gvern jaghfas lis-settur kummercjali u jipperikola l-impjiegi.  Il-Gvern mhux lest li jaghmel dan.  Ghal kuntrarju jrid ihares l-impjiegi

Quddiem il-krizi ekonomika u finanzjarja internazzjonali, l-akbar prijorita’ tal-Gvern hi u tibqa’ x-xoghol ghall-haddiema.  Il-Gvern qieghed jintervjenti fejn ikun mehtieg biex jipprotegi l-impjiegi.  L-Oppozizzjoni mill-banda l-ohra qed turi li trid li l-Gvern jaghfas fuq is-settur kummercjali biex idahhal aktar flus.  L-istrategija tal-oppozizzjoni tkun tfisser li jintilfu l-impjiegi tal-haddiema.  Il-proposta tal-Kap tal-Oppozizzjoni ta’ mini budget tfisser li kieku l-Partit Laburista kien fil-Gvern kien jaghmel mini budget biex izzid u jdahhal taxxi godda biex inaqqas id-deficit.

Il-Ministeru kien jistenna li l-oppozizzjoni timxi b’serjeta’ dwar l-investigazzjonijiet dwar id-Dipartiment tal-VAT u dwar il-privatizazzjoni tat-tarzna.  Il-Gvern qed jimxi b’politika serja filwaqt li l-oppozizzjoni hi aktar interessata li tilghab ghall-gallarija b’mod mill-aktar partiggjan. 

Iz-zieda fl-izbilanc f’dan il-perjodu hi rizultat dirett tal-krizi dinjija.  Il-Gvern jibqa’ impjegat li jzomm l-izbilanc taht attenzjoni izda dan bl-ebda mod jfisser li ghandu jissogra li haddiema jitilfu l-impjieg taghhom.  Il-Gvern qieghed jimxi b’ghaqal u prudenza.

Proprju fi zminijiet tant sensittivi, il-Gvern qieghed jimxi b’direzzjoni cara, mhux biss biex jilqa’ ghall-maltemp dinji, izda wkoll bhala sinjal car li hu jisma’ u jikkontribwixxi ghas-sejha li qed issirlu, primarjament mis-setturi kummerċjali, biex jghin u jtaffi l-pizijiet temporanji ta’ cashflow li n-negozji qed igorru.  Il-Gvern qieghed jaghti nifs biex isalva l-impjiegi. 

L-oppozizzjoni trid li flok il-Gvern jimxi b’ghaqal, trid li l-Gvern jaghfas fuq in-negozjanti u l-kummercjanti.  L-istrategija tal-Oppozizzjoni ma tharrisx fit-tul u jkollha rizultati negattivi l-aktar fuq il-familji ghaliex jintilfu l-impjiegi u jonqos l-investiment.  L-oppozizzjoni qed turi li m’ghandiex politika serja dwar ix-xoghol u l-investiment.

L-ghazla bejn l-impjiegi ghaz-zghazagh u ghall-haddiema u d-deficit baxx, f’dan il-mument il-Gvern b’responsabbilta’ qed jaghzel il-harsien tal-postijiet tax-xoghol.

Il-Gvern fil-budget ghal din is-sena habbar programm ta’ investiment ta’ 320 miljun ewro.  Dan sar ghaliex il-Gvern kien konxju ta’ dak li ghaddej madwarna u l-impatt li l-krizi dinjija kien se jkollha fuq pajjizna.  Ghalhekk nieda programm ta’ investiment biex jghin lill-ekonomija Maltija.  Dan il-pakett ta’ incentivi fost l-ohrajn jinkludi tahrig ghall-haddiema, skemi ta’ ghajnuna ghall-investituri u negozjanti, bini ta’ skejjel godda, progetti ambjentali, fabbriki u progetti fil-qasam turistiku.

Barra minhekk il-Gvern rega naqqas l-income tax ghat-tielet sena wara xulxin, naqqas  l-income tax ghall-ommijiet li jibqghu f’impjieg u ghal dawk li jidhlu lura f’impjieg, naqqas l-income tax ghall-familji li jzommu studenti barranin, nehha t-taxxa fuq l-ivvjagar, zied il-beneficcji socjali, zied id-dhul ta’ dawk li jiehdu pensjoni tas-servizzi u ta zieda lill-anzjani daqs kemm jinghataw il-haddiema.

Il-Ministeru juri d-dizappunt tieghu li l-Kap tal-Oppozizzjoni qieghed jipprova jdahhal il-politika partiggjana fi zmien meta jaf li l-Pulizija qed tinvestiga allegazzjonijiet li saru dwar id-Dipartiment tal-VAT.  Il-Ministeru wara li sar jaf b’allegazzjonijiet talab lill-Pulizija taghmel investigazzjoni shiha.  Il-Gvern mexa b’responsabbilita’.  Is-serjeta’ titlob li l-politika partiggjana m’ghandiex tidhol f’dan il-kas li qed jigi investigat mill-Pulizija.  Hu ghajb li l-oppozizzjoni tipprova ddawwar dan il-kas f’wiehed partiggjan.  Il-poplu ghandu ezempju iehor tal-Gvern li jimxi b’serjeta’ u l-oppozizzjoni li tilghab ghall-gallarija.

Dwar it-tarzna, il-Ministeru jhoss li dan mhux iz-zmien li joqghodu jsiru spekulazzjonijiet ghall-propoganda politika.  Il-Privitisation Unit, permezz tal-esperti taghha qed taghmlu evalwazzjoni tal-offerti u l-process ghadu ghaddej.  Il-Gvern qed jimxi b’serjeta’ fl-ahjar interess ta’ pajjizna u tal-poplu.

DOI - 26.04.09

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow