Il-President u s-Sinjura Abela JATTENDU ghall-quddiesa Pontifikali fil-festa ta' San Publiju.
Il-President u s-Sinjura Abela attendew ghall-quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arcipretali tal-Furjana fil-festa ta' San Publiju.
" Fiz-zminijiet tallum ghandna nirriflettu dwar kemm hu mportanti li nsahhu dak li jaghmilna Maltin. Ma nistghux ninsew min ahna. Meta gie f'Malta San Pawl, Publiju, il-Protos tal-Gzira, laqa' tajjeb lil Pawlu u l-Maltin ospitaw 267 persuna u tawhom l-ghajnuna kollha mehtiega. Illum ma nistghux ninsew minn fejn gejjin u ghandna nibqghu gens li jospita' lil min ghandu bzonn u m'ghandix inharsu lejn il-kulur tal-gilda."
Dan qallu l-President George Abela waqt ir-riceviment annwali fl-okkazjoni tal-Festa ta' San Publiju fil-Kazin Vilhena,l-Furjana. Il-President Abela tkellem dwar l-awtorita' morali li jgorr bhala President u ma jridx jattendi festi fejn hemm il-piki u l-glied. Fil-granet li gejjin se jsejjah laqghat ma' l-assoccjazzjonijiet tal-Baned Maltin u Ghawdxin, ma' dawk li jiehdu hsieb kmamar tan-nar, il-korp tal-pulizija u l-kullegg tal-kappillani,bl-iskop ta' dawn il-laqghat ghandu jkun wiehed : dak li jissaffew il-festi, jibdew isiru b'sens civiku, bi skop ewlieni ta' ghaqda u biex jaghtu pjacir.
DOI - 26.04.09
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984