Stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu BI twegiba ghal dak li qalet l-oppozizzjoni l-bierah
PR0698
25/04/2009
| Il-Gvern jinnota b'sodisfazzjon li | l-Oppożizzjoni qed tilqa pożittivament il-miżuri li qiegħed jieħu l-Gvern favur is-settur turistiku. Il-Gvern jagħti priorità assoluta lil din l-industrija u għalhekk dejjem ra u ser jibqa’ jara kif jgħin lil min jinvesti fis-settur, b'mod speċjali l-lukandiera u dawk li jmexxu r-ristoranti. |
| Il-Gvern qiegħed f'konsultazzjoni | kontinwa ma’ min jaħdem f'din l-industrija. Qed jisma’ u flimkien ma’ operaturi mis-settur qed jara x'miżuri jridu jittieħdu sabiex l-industrija tibqa’ soda anke f'dawn iż-żminijiet diffiċli. L-iskema tas-sussidju fuq imgħax għal min jinvesti biex itejjeb il-prodott, u l-iskema ta’ għajnuna ta' 10 miljun ewro minn fondi Ewropej li l-Gvern nieda xhur ilu għall-proġetti ta' turiżmu sostenibbli huma xhieda ta' dan. Kuntrarjament għall-impressjoni li tat l-Oppożizzjoni, l-ewwel sejħa għall-proġetti għalqet fl-aħħar ta' Marzu u kien hemm 91 proposta li bħalissa inbeda x-xogħol ta' evalwazzjoni fuqhom. Huwa maħsub li t-tieni sejħa f'din l-iskema tinħareġ wara s-Sajf. |
| Il-Gvern ser ikompli jinvesti bil-kbir | fil-prodott turistiku bi proġetti fil-Qawra, San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, San Ġiljan, Pembroke u żoni oħrajn. Ta’ min jiftakar li l-Gvern alloka ‘il fuq minn 100 miljun Ewro għal titjib tal-prodott turistiku mill-fondi Ewropej. Ix-xogħol fuq dawn il-proġetti mistenni jibda fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. |
| Minbarra din il-ħidma, il-Gvern u l-Awtorità | tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) ser ikomplu jaħdmu ukoll sabiex tiżdied il-promozzjoni ta’ Malta fis-swieq l-iżjed importanti u sabiex aktar linji tal-ajru jtiru lejn Malta. Wara kollox dan kien il-Gvern li ħajjar tant linji tal-ajru, speċjalment dawk low cost sabiex itiru lejn u minn Malta. Kif inhu dan il-Gvern li qed jagħmel kampanji ta’ riklamar fuq it-televiżjoni fl-Ingilterra, l-Italja, Franza u l-Ġermanja. Qatt daqs illum ma kien hemm kampanja ta’ promozzjoni daqstant aggressiva. Dan qed iseħħ għax il-Gvern ivvota somma rekord lill-MTA sabiex din tkun tista’ twettaq il-ħidma tagħha. Minkejja dan, il-Gvern lest li skont iċ-ċirkostanzi u l-bżonn jinvesti aktar f’dan is-settur. |
| DOI - | 25.04.09 |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984