STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI.
PR0696
25/04/2009
| Innaqqsu l-basktijiet tal-plastik – xiri ta’ | stocks eżistenti. |
| Il-Gvern huwa determinat li jkompli jitnaqqas | l-użu tal-basktijiet tal-plastik, li jagħmlu ħsara kemm lill-bniedem kif ukoll lill-ambjent. |
| Il-Gvern b’dan il-pass favur is-saħħa | tal-bniedem u l-ambjent jemmen li m’għandux jintefa piż fuq l-ekonomija tagħna, partikolarment fuq in-negozji żgħar u medji. |
| Matul dawn ix-xahrejn ta’ tranżizzjoni, il-Gvern | analizza bir-reqqa l-impatt li kien qed jiżviluppa fuq setturi varji tal-ekonomija tagħna. Numru ta’ bejjiegħa talbu wkoll lill-Gvern sabiex jestendi l-perjodu tat-tranżizzjoni b’mod indefinit ħalli jiġu wtilizzati l-istocks li għandhom. GħaIl-Gvern dan mhux aċċettabli minħabba l-impenn tiegħu li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. |
| Għalhekk, wara diskussjonijiet mal-GRTU, | il-Gvern iddeċieda li jixtri l-istock eżistenti, li huwa mixtri skond il-liġi, bil-prezz oriġinali tiegħu, inkluż l-eko kontribuzzjoni relatat. |
| Għalhekk kull operatur li għandu stock | ta’ basktijiet tal-plastik li ma humiex konformi mal-provvedimenti l-ġodda tal-ligi tal-eko kontribuzzjoni jista’ jirreġistra l-konsenja tiegħu fl-uffiċċju tal-GRTU bejn it-Tnejn 27 t’April 2009 sa nhar il-Ħamis 30 t’April 2009. Miegħu għandu jieħu kopja tal-fattura jew fatturi li bihom inxtraw il-basktijiet tal-plastik. Ser ikun hemm investigazzjoni bir-reqqa fuq l-informazzjoni provduta inkluż verifika mad-Dipartiment ikkorċernat. F’każ ta’ irregolaritajiet ser jittieħdu passi skond il-liġi. |
| Il-Gvern jixtieq jirringrazzja lill-konsumaturi | u lill-operaturi kummercjali fl-isforzi tagħhom favur ambjent ahjar. Il-Gvern ifakkar li mil- 1 ta’ Mejju ir-regolamenti l-ġodda dwar il-basktijiet tal-plastik ser jibdew jiġu nfurzati u kull basket inklużi dawk li jiġu modifikati bi qtugh tal- handles ser jiġu spezzjonati għal eko-kontrtibuzzjoni li bil-liġi suppost tħallset diġa. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jirraporta lid-dipartiment tal-VAT dawn l-irregolaritajiet fuq in-numru freephone 80074404. Il-Gvern ifakkar illi l-fuljett li kien intbaghat lil kumerċjanti kollha fuq din is-sistema għadu jista’ jiġi mitlub mid-dipatiment tal-VAT. |
DOI - 25.04.09
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984