Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk jieħu t-tmexxija tal-librerija lokali
Waqt ċerimonja bħala parti mill-attivitajiet għal Jum Marsaxlokk ġie ffirmat ftehim ta’ kooperazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Libreriji u l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk, Il-ftehim ġie ffirmat fil-preżenza tat-tfal mill-iskola primarja tal-lokalità u tas-Segretarju Parlamentari resonsabbli mill-Kunsilli Lokali.
Is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said stqarr li 70% tal-Kunsilli Lokali ta’ Malta u Għawdex qed jamministraw libreriji fil-lokalitajiet tagħhom, jiġifieri b’kollox hemm 47 ftehim ta’ kooperazzjoni ta’ libreriji li ġew devoluti fil-lokalitajiet; b’6 Libreriji Reġjonali u 41 Libreriji Friegħi. Matul is-sena li għaddiet, ingħatat id-devoluzzjoni tal-libreriji pubbliċi lil żewġ Kunsilli Lokali, tal-Kalkara u ta’ Ħal Tarxien.
Chris Said saħaq dwar l-importanza ta’ devoluzzjoni ta’ libreriji lill-kunsilli lokali għax dawn jinsabu f’pożizzjoni li jamministraw aħjar il-libreriji tal-lokalità, filwaqt li fl-istess ħin il-Kunsillijkunujistgħu jagħmlu użu wkoll minn voluntiera bħall-anzjani fil-komunitajiet stess. Dawn għandhom l-imħabba għall-kotba u l-ħin u d-dedikazzjoni li jamministraw dawn il-postijiet relatati mal-edukazzjoni u r-rilassament.
Id-Dokument tat-Tiġdid tal-Kunsilli Lokali jsemmi li għandu jiġi mssaħħaħ il-kunċett ta’ libreriji lokali biex dawn il-libreriji jkomplu jitjiebu u jintużaw mill-akbar ammont ta’ nies possibbli. Infatti, permezz tat-tiġdid, se jingħataw iktar riżorsilill-Kunsilli Lokali biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ukoll.
Il-Kunsilli diġa jiddedikaw riżorsi finanzjarji għal-libreriji u jaraw li jinvestu f’kotba bżonnjużi u attraenti għall-edukazzjoni tat-tfal, kif ukoll kotba releventi għaż-żgħażagħ u l-adulti. Infatti jekk naraw kemm kien hemm infieq minn Kunsilli Lokali fl-aħħar disa’ snin fuq kotba ġodda għal-libreriji dan jammonta għal aktar minn €300,000 stqarr Chris Said.
Is-Segretarju Parlamentari kompla jgħid illi bħala parti mill-kunċett ta’ lokalitajiet sostenibbli, il-Kunsilli Lokali huma fid-dmir li jippromwovu l-importanza tal-qari u għandhom jaraw li jutilizzaw l-aħjar mezzi ta’ kif isaħħu l-qari fil-kommunità stess, fosthom b’ħinijiet ta’ ftuħ tal-libreriji aktar twal u f’iktar ġranet biex jolqtu l-faxex kollha tas-soċjetà, kif ukoll b’attivitajiet ta’ story-telling għat-tfal u reading circles għall-adulti. B’dan il-mod il-.Kunsilli Lokali jkunu qed jagħtu l-aħjar servizz għall-ġid tal-kommunità. Apparti dan, il-Kunsilli Lokali qed jidħlu għar-responsabilità biex jaraw li l-kunċett ta’ life-long learning ikun implimentat fil-lokalitajiet kif ukoll li joffru opportunitajiet ta’ tagħlim lill-adulti u anzjani fil-lokalità.
Fl-aħħar mill-aħħarkwalità ta’ ħajja aħjar tirriżulta wkoll mill-fatt li r-residenti fil-lokalitajiet jingħataw l-għodda li permezz tagħhom jistgħu ikabbru l-għarfien tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari sostna li l-Kunsilli Lokali dan qed jagħmluh biex jilħqu l-għan ta’ lokalitajiet sostenibbli.
DOI - 24.04.09
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984