STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0687
24/04/2009
| Miċħud mandat | t’inibizzjoni kontra d-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti. |
| Dalgħodu l-Qorti t’Għawdex | ppreseduta mill-Maġistrat Paul Coppini, ċaħdet it-talba għal ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront tad-Direttur tas-Saħħa tal-Pjanti fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. |
| Il-Ministeru filwaqt li jagħmel | referenza għad-deċiżjoni tal-lum jisħaq li l-uffiċjali fi ħdan l-istess Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti mexa korrettament fil-ħidma tiegħu u dan ġie kkonfermat mill-istess Qorti. |
| Nhar l-Erbgħa li għaddha waqt li | bdew jinqatgħu is-siġar taċ-Ċitru infettat nħareġ mandat ta’ inibizzjoni mill-Qorti ta’ Għawdex li waqqaf dan il-proċess. Is-smigħ dwar dan il-każ fil-Qorti seħħ dalgħodu fejn ġie kkonfermat li d-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti aġixxa skond il-liġi tal-Plant Quarantine Act . |
| Il-qtugħ ta’ dawn is-siġar | taċ-ċitru infettati kien qed isir wara spezzjonijiet u testijiet neċessarji u regolari, skond normi u regoli tal-liġi hekk kif stipulati fil-Plant Quarantine Act. |
DOI – 24.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984