Left arrow Mur Lura

L-ISPEAKER JINDIRIZZA KONFERENZA DWAR "IN-NISA MALTIN FIL-PARLAMENT EWROPEW"

PR0686
Date Icon 24/04/2009
L-iSpeaker Louis Galea dalgħodugħamel appell lill-elettorat Malti u Għawdxi biex f’din l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew jużaw il-vot b’kuxjenza li tħaddan il-valur tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. “Darba l-kandidati nisa huma tajbin, l-elettorat – nisa u rġiel – għandu juri bil-fatti li kapaċi jivvota b’kuxjenza li temmen tassew fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.” L-iSpeaker Louis Galea għamel dan l-appell fil-ftuħ f’konferenza dwar “In-nisa Maltin fil-Parlament Ewropew”.
Il-konferenza qed tiġiorganizzata mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa (NCW) u miċ-Ċentru Ewropew tal-Kunsill Internazzjonali tan-Nisa (ECICW). Il-Konferenza ġiet indirizzata wkoll minn Grace Attard, President tal-NCW, minn Grace Wedekind, President tal-ECICW, u minn Dr Joanna Drake, Rappreżentanta tal-Kummissjoni Ewropea.
Fis-sessjoni ta’ wara nofsinharsitt kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew trattaw it-tema “Lejn Rappreżentanza Ugwali ta’ Nisa u Rġiel fil-Politika – Sfidi u Opportunitajiet.” Is-sitt kandidati kienu: Claudette Abela Baldacchino, Maria Camilleri, Yvonne Ebejer Arqueros, Dr Roberta Metsola Tedesco Triccas, Marlene Mizzi u Dr Marthese Portelli.
Dr Louis Galea spjega li hemmdiversi fatturi li jaffetwaw s-sehem tal-mara fil-politika. Huwa qal li l-mentalità tal-poplu dwar l-irwol tal-mara fis-soċjetà tiddetermina kemm ser jirnexxielna navvanzaw il-preżenza tal-mara fil-politika u fil-livell fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. Fattur ieħor li għandu x’jaqsam hu s-sistema elettorali u l-organizzazzjoni tal-partiti. “Huwa importanti li nkomplu insaħħu r-rieda politika fl-ogħla livell biex ikomplu jittieħdu miżuri pożittivi ħalli nsaħħu d-demokrazija bi preżenza akbar ta’ nisa fl-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet.”
L-iSpeaker Louis Galea qal limatul is-snin f’Malta ttieħdu diversi miżuri li wasslu biex qed naraw nisa jokkupaw pożizzjonijiet fil-parlament, fil-gvern, fil-ġudikatura, fl-ambaxxati u fis-settur privat.
Skont l-ETC, 20% tal-persuni lijokkupaw pożizzjonijiet għolja fil-management huma nisa. Is-survey tal-World Economic Forum ipoġġi lil Malta l-ewwel fil-qasam tal-litteriżmu fost in-nisa u fir-rata ta’ nisa li qiegħdin fil-livell sekondarju u terzjarju tal-edukazzjoni.
Louis Galea fakkar lin-Nazzjonijiet Uniti għaxar snin ilu stabbilit li bħala minimu 30% tal-Membri f’kull Kamra ta’ Parlament għandhom ikunu nisa. Sal-lum 15% tal-kmamar parlamentari mill-Ewropa, Afrika, Asia u Amerika Latina leħqu l-istandard ta’ 30%. Il-medja ta’ nisa f’parlamenti fid-dinja hi ta’ 18.3%, żieda ta’ aktar minn 5% fuq għaxar snin ilu (13% fl-1998). F’Malta il-persentaġġ hu 8.7% fil-Kamra tad-Deputati u 18% fil-Kunsilli Lokali.
Dr Louis Galea irrefera wkollgħall-Programm tal-Unjoni Ewropea adottat fl-2006 favur l-ugwaljanza bejn nisa u rġiel (EU Roadmap on Equality between Women and Men, 2006 – 2010).

DOI – 24.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow