Left arrow Mur Lura

MALTA TISĦAQ FUQ L-IMPORTANZA TAR-RIĊERKA U L-IŻVILUPP TEKNOLOĠIKU FL-AKWAKULTURA

PR0684
Date Icon 24/04/2009
Waqt il-Kunsill tal-Ministrital-Agrikoltura u Sajd, fil-Lussemburgu, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, intervjena fuq l-Istrategija ghall-futur tal-Akwakultura li ħejjiet il-Kummissjoni Ewropea. Fl-intervent tiegħu l-Ministru Pullicino semma l-isfidi li dan is-settur qiegħed jaffaċċja, kif ukoll li jrid isir sforz biex titjieb is-sostenibbilita’ ekonomika, il-kompetittivita’ u l-ħarsien ambjentali.
Il-Ministru Pullicino enfasizzafuq l-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku fl-akwakultura. Ir-riċerka u l-iżvilupp f’dan is-settur għandhom iwasslu fost l-oħrajn ghall-diversifikazzjoni tal-ispeċi u metodi ġodda għat-tkabbir tal-ħut.  Il-Ministru Pullicino tkellem dwar il-ħtieġa ta’ “soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-gaġeġ li jistgħu naqqsu l-impatt negattiv ambjentali għaliex jippermettu tqegħid ta’ gaġeġ aktar il-barra mill-kosta, kif ukoll f’fond akbar.”
Il-Ministru Pullicino irreferawkoll għall-kompetizzjoni li l-prodotti Ewropej tal-akwakultura jiffaċċjaw mill-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Huwa saħaq li dawn il-prodotti importati għandhom ikunu imrobbija fl-istess kundizzjonijiet ambjentali u bl-istess regoli stretti ta’ saħħa u sigurta’ kif jeżistu fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea.
F’dan il-Kunsill tal-Ministriġew approvati wkoll unanimament il-konklużjonijiet fuq il-pjan ta’ azzjoni għall-konservazzjoni tal-klieb il-baħar.

DOI – 24.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow