MALTA TISĦAQ FUQ L-IMPORTANZA TAR-RIĊERKA U L-IŻVILUPP TEKNOLOĠIKU FL-AKWAKULTURA
PR0684
24/04/2009
| Waqt il-Kunsill tal-Ministri | tal-Agrikoltura u Sajd, fil-Lussemburgu, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, intervjena fuq l-Istrategija ghall-futur tal-Akwakultura li ħejjiet il-Kummissjoni Ewropea. Fl-intervent tiegħu l-Ministru Pullicino semma l-isfidi li dan is-settur qiegħed jaffaċċja, kif ukoll li jrid isir sforz biex titjieb is-sostenibbilita’ ekonomika, il-kompetittivita’ u l-ħarsien ambjentali. |
| Il-Ministru Pullicino enfasizza | fuq l-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku fl-akwakultura. Ir-riċerka u l-iżvilupp f’dan is-settur għandhom iwasslu fost l-oħrajn ghall-diversifikazzjoni tal-ispeċi u metodi ġodda għat-tkabbir tal-ħut. Il-Ministru Pullicino tkellem dwar il-ħtieġa ta’ “soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-gaġeġ li jistgħu naqqsu l-impatt negattiv ambjentali għaliex jippermettu tqegħid ta’ gaġeġ aktar il-barra mill-kosta, kif ukoll f’fond akbar.” |
| Il-Ministru Pullicino irrefera | wkoll għall-kompetizzjoni li l-prodotti Ewropej tal-akwakultura jiffaċċjaw mill-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Huwa saħaq li dawn il-prodotti importati għandhom ikunu imrobbija fl-istess kundizzjonijiet ambjentali u bl-istess regoli stretti ta’ saħħa u sigurta’ kif jeżistu fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea. |
| F’dan il-Kunsill tal-Ministri | ġew approvati wkoll unanimament il-konklużjonijiet fuq il-pjan ta’ azzjoni għall-konservazzjoni tal-klieb il-baħar. |
DOI – 24.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984