Left arrow Go Back

TNEDIJA TAS-SERVIZZ TA’ CUSTOMER CARE U STAFF SUPPORT GĦALL-GĦALLIEMA U IMPJEGATI OĦRA FIL-QASAM EDUKATTIV

PR0682
Date Icon 24/04/2009
Il-Ministru tal-Edukazzjoni,Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina dal-għodu nidiet servizz ġdid ta’ Customer Care u Appoġġ għall-għalliema, professjonisti u impjegati oħra fil-qasam tal-Edukazzjoni. Is-servizz qed jingħata minn uffiċċji u taqsima apposta fid-Direttorat Ġenerali tal-Edukazzjoni fil-Furjana.
F’diskors qasir li għamlet f’dinl-okkażjoni l-Ministru Cristina qalet li r-riforma fil-qasam tal-Edukazzjoni qed iġġib magħha sistemi ġodda ta’ kif jingħata t-tagħlim. L-edukaturi u l-istaff kollu li jissapportja s-servizz tal-edukazzjoni f’Malta huma parti integrali mis-sistema edukattiva u għalhekk jeħtieġu l-appoġġ kollu meħtieġ biex ikunu f’pożizzjoni biex jgħinu fil-formazzjoni tal-ġenerazzjonijiet tal-futur. Il-professjoni tal-għalliem u dawk kollha li jissapportjawhom, minbarra li għandhom karriera quddiemhom li tista’ tagħtihom ħafna sodisfazzjon, titlob professjonalità, preparazzjoni tajba u dedikazzjoni.
Għal dan l-iskop il-Gvern ħaseb,u mill-bidu ta’ Ottubru li għadda beda jkun offrut servizz fejn l-istaff kollu fi ħdan id-Direttorati għal Servizzi Edukattivi u għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ u counselling bl-iskop li s-servizzi offruti fil-klassi u fil-Kulleġġi jkomplu jissaħħu fil-kwalità. Dan is-servizz hu avvanz importanti għall-professjoni tal-għalliema u għas-sistema edukattiva għax juri kemm id-Direttorati jagħrfu li dawk kollha li jaħdmu direttament jew indirettament mat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, bħala persuni sħaħ.
Il-Ministru qalet lid-Direttorati għall-Edukazzjoni dejjem ħassew il-ħtieġa u l-importanza tal-iżvilupp kontinwu tal-ħaddiema billi dejjem ingħatat importanza lit-taħriġ fuq bażi regolari biex iżomm lill-għalliema aġġornati mal-iżviluppi fis-settur. Dan is-servizz qed jiżdied mal-kullana ta’ servizzi eżistenti biex l-għalliema u staff ieħor fis-sistema edukattiva jkun jista’ jkompli jiżviluppa lilu nnifsu bħala persuna bl-iskop primarju li jsib ma’ min jitkellem u jissapportjah fil-mumenti diffiċli fil-klassi kif wkoll fil-ħajja tiegħu personali li jistgħu jaffetwaw ix-xogħol tiegħu ta’ kuljum.
Sa minn Ottubru li għadda, danis-servizz ġie ppreżentat lill-Prinċipali, lill-Kapijiet kollha tal-iskejjel u issa qegħdin fil-proċess li l-għalliema u staff ieħor ikunu mgħarrfa b’dan is-servizz.
Fil-fatt, sal-lum, minn danis-servizz, mogħti minn żewġ counsellors professjonali, ibbenefikaw 21 għalliem, Learning Support Assistant, Kindergarten Assistant jew staff ieħor. Ma’ dawn il-ħaddiema saru 47 sessjoni ta’ sapport u counselling mill-bidu tas-servizz. Ir-raġunijiet għaliex l-impjegati fittxew l-għajnuna kienu diversi fosthom kundizzjonijiet tax-xogħol, diffikultajiet li qegħdin isibu fl-iskola kif wkoll problemi personali li kienu qegħdin jaffettwawhom fit-twettieq tal-ħidma tagħhom u fl-immaniġġjar tal-klassi.
Barra minn hekk, dan is-servizzgħandu l-iskop li jkompli jaġġorna l-ħiliet tal-istaff mhux akkademiku permezz ta’ kors ta’ 21 siegħa ta’ taħriġ fil-komunikazzjoni, fil-ħiliet ta’ kif għandu jintlaqa’ l-klijent u ta’ kif tibni tim. L-ewwel grupp imħarreġ ta’ 12-il impjegat għandu jispiċċa lejn l-aħħar ta’ April filwaqt li t-tieni grupp ta’ taħriġ jibda fil-bidu ta’ Mejju.
Il-Ministru tal-Edukazzjoniqalet li għalkemm dan is-servizz għadu fil-bidu u qed iħalli l-frott meħtieġ, dan irid ikompli jiżviluppa biex jilħaq il-ħtiġiet ta’ dawk kollha li jaħdmu fis-settur tal-edukazzjoni biex insaħħu s-sistema edukattiva u fl-istess waqt noħolqu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja personali.
Il-Ministeru u d-Direttorat għalServizzi Edukattivi jemmnu bis-sħiħ li jekk l-għalliem jingħata appoġġ, mhux biss ta’ riżorsi umani u ta’ xorta oħra, imma appoġġ personali li jgħinu jimmaniġġja s-sitwazzjonijiet li jiffaċċja fix-xogħol jew tal-ħajja personali tiegħu aħjar, dan jissarraf billi l-għalliema u kull impjegat ieħor ikun aktar sodisfatt, kuntent u jagħti servizz ta’ kwalità aħjar lill-istudent.

DOI – 24.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow