Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX B’RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TAD-DEPUTAT LABURISTA ANTON REFALO

PR0671
Date Icon 24/04/2009

Għawdex qed igawdi mis-sħubija ta’ pajjizna fl-Unjoni Ewropea

L-istqarrija tal-Oppożizzjoni tikkonferma li kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex in-numru ta’ dawk li jaħdmu żdied. Fil-perjodu li għalih qed tirreferi l-istqarrija, (2003-2007), f’Għawdex kien hemm żieda ta’ kważi 500 impjieg. 

Minn ċifri uffiċjali tal-ETC, wieħed isib li bejn Diċembru 2003 u Novembru 2008 l-impjiegi f’Għawdex żdiedu b’10%.  

Dan kollu jġib fix-xejn dak li ntqal fl-istqarrija tal-Oppożizzjoni li ma kelliex għajr ċifri u kummenti mmirati biex iqarqu.  

Dwar dak li ntqal fl-istess stqarrija fir-rigward tal-iżvilupp ta’ Għawdex, ċifri aktar riċenti, ippublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fil-fatt fl-ewwel erba’ snin ta’ sħubija, bejn l-2004 u l-2007, il-Prodott Domestiku Gross ta’ Għawdex żdied b’49.3 miljun ewro jew 18.5%. Dak ta’ Malta żdied b’21 % imma wieħed ma jridx jinsa li ħafna mill-attivita’ ekonomika fil-pajjiż tiġi ġġenerata fil-gżira ta’ Malta. Għaldaqstant għal kuntrarju ta’ dak li tgħid l-istqarrija, Għawdex mar relattivament tajjeb ħafna matul dawn l-erba’ snin.  

Fl-istess perjodu, l-impjiegi f’Għawdex u f’Malta mxew fl-istess direzzjoni.  

Settur

Malta

Għawdex

Agrikoltura

+7.1%

+11.4%

Industrija

- 5.3%

-8.9%

Kostruzzjoni

+12.2%

+9.8%

Bejgħ/Lukandi/Restoranti/Trasport/Komunikazzjoni

+ 6.9%

+9.1%

Settur finanzjarju/bejgħ ta’ proprjeta’

+23.9%

+21.1%

Servizzi oħra

+ 7.4%

+ 4.7%

Impjiegi Totali

+6.8%

+5.7%

Dwar dak li ggwadanja Għawdex mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-Ministeru għal Għawdex jixtieq jirreferi biss għal uħud mill-proġetti li twettqu permezz ta’ ko-finazjament minn fondi Ewropej. Fosthom insibu l-Impjant għat-Tisfija tad-Drenaġġ, l-Estensjoni taċ-Ċentru tal-Arti u l-Artiġjanat flimkien mal-bini ta’ Crafts Incubation Centre, il-proġett tan-Niche Tourism li ta riżultati pożittivi f’dan is-settur turistiku, il-bini ta’ ċentru għat-taħriġ fl-istudji turistiċi, proġetti oħra b’risq il-priservazzjoni taċ-Ċittadella u wirt storiku ieħor, toroq ġodda, għajnuna lill-bdiewa u s-sajjieda, korsijiet li tejbu l-ħiliet tar-riżorsi umani fuq il-gżira u skemi ta’ għajnuna f’oqsma ekonomiċi oħra. Dan kollu minbarra finanzjamenti ta’ proġetti f’intrapriżi privati li wkoll kellhom impatt pożittiv kemm fuq il-ħaddiema kif ukoll fuq min iħaddem.  

Programmi mmirati biex itejbu l-qasam tax-xogħol kienu jinkludu l-Gozo Employment Aid Scheme tal-Malta Enterprise li ġiet mħaddma mill-ETC u li permezz tagħha 94 intrapriża li ħaddmu bejniethom 264 ħaddiem ser ikunu qed jirċievu €1,393,017.46 bħala inċentivi taħt din l-iskema. Barra minn hekk, ħdax il-persuna oħra gawdew mill-iStart up your Business Scheme, fejn ingħataw €3,000 kull wieħed meta fetħu attivita’ għal rashom. Aktar minn 700 persuna gawdew minn korsijiet immirati li jtejbu l-Employability Skills fejn intefqu aktar minn €600,000 minn programmi ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea. Bejn l-2005 u l-2007 tnedew żewġ skemi oħra, il-Graduate Scheme u l-Foster Entrepreneurship Scheme li minnha bbenefikaw gradwati Għawdxin li sabu post tax-xogħol f’Għawdex stess u erbatax-il parteċipant li ġew megħjuna jibdew attivita’ għal rashom.  

Dan kollu żgur li kellu impatt qawwi fuq il-qasam tax-xogħol u l-attivita’ ekonomika fil-gżira ta’ Għawdex matul l-ewwel snin tas-sħubija. Dak li hemm ippjanat ser ikompli jassigura li din il-gżira tilħaq il-miri ta’ żvilupp sostenibbli, fl-ambitu ta’ dik li hi s-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali u nazzjonali.  Il-Gvern dejjem emmen fis-sħubija mal-Unjoni Ewropea. Jidher li minkejja li tipproponi mod ieħor, l-Oppożizzjoni għada xettika dwar dan is-suġġett u qed iggib argumenti superficjali. 

DOI - 23.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow