Left arrow Mur Lura

RAPPORT TAL-EWWEL SENA TA’ HIDMA   (Marzu 2008 – Marzu 2009)       MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN

PR0667
Date Icon 23/04/2009

FLIMKIEN  NASLU  B’GĦAQAL

Messaġġ tal-Onor Tonio Borg, Ministru tal-Affarijiet Barranin


L-Ewwel sena ta’ ħidma tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ikkonfermat kemm hi vitali il-politika barranija għas-suċċess ta’ pajjiżna

Il-Ħidma li wettaq il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-aħħar sena turi kemm hija vitali l-politika barranija għas-suċċess tal-pajjiż. Hekk stqarr il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg fil-preżentazzjoni tal-Ewwel Sena ta’ ħidma tal-Ministeru immexxi minnu.

Waqt konferenza tal-Aħbarijiet, il-Viċi Prim Ministru stqarr li l-ħidma vasta li jwettaq dan il-Ministeru, minkejja li huwa strettament assoċjat biss mal-Politika Barranija tal-Pajjiz, turi li din il-politika hija waħda wiesgħa u li tinvolvi ħafna oqsma differenti.

Fost dawn l-oqsma insibu dawk tad-diplomazija ekonomika u kummerċjali, li fl-aħħar xhur intensifikat il-ħidma tagħha biex tkompli tgħin sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ investiment għall-Malta. Il-Ministru Tonio Borg irrefera wkoll għall-qasam sensittiv u uman tal-immigrazzjoni irregolari, li jilgħab irwol importanti fil-ħidma tal-Ministeru u fir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi oħrajn. Hawnhekk għamel referenza għall-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil.

Ma tonqosx il-ħidma diplomatika ma’ pajjiżi oħra. Ta’ min isemmi d-diversi ftehim li saru ma’ bosta pajjiżi. Fosthom il-ftehim li ntlaħaq ma’ sitt pajjiżi differenti fosthom il-ħelsien mit-Tassazzjoni Doppja, ma’ pajjiżi bħall-Istati Uniti, il-Libja u oħrajn. Kif ukoll ftehim ta’ koperazzjoni fuq oqsma edukattivi, kulturali u ta’ infurzar tal-liġi li ntlaħqu ma’ pajjiżi bħall-Italja u l-Latvja.

Il-Ministru Tonio Borg tkellem ukoll dwar il-parteċipazzjoni tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin biex jirrapreżenta lill-Malta fil-Fora Internazzjonali, fosthom fl-Unjoni Ewropea, fil-Ġnus Maqgħuda u issa wkoll fl-Unjoni tal-Mediterran li twaqqfet is-sena li għaddiet, u li fiha Malta kisbet ir-rwol ta’ Deputat Segretarju Ġenerali.

Huwa kellu kliem ta’ ringrazzjament għax-xogħol imwettaq mid-diversi direttorati u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru mmexxi minnu. Sostna li mingħajr il-ħidma tagħhom, Malta ma kienetx tkompli ssemmha leħinha b’suċċess kif għamlet fil-qasam internazzjonali.

Dawn kienu l-punti ewlenin li ssemmew fil-preżentazzjoni li għamel il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg:

  • Tneħħiet il-bżonn ta’ Viża għall-Istati Uniti        
  • 800 Malti żaru l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta
  • Saru ’ fuq minn 7,400 kuntatt bejn ċittadini Maltin li jaħdmu jew jgħixu barra mal-Ambaxxati jew konsolati
  • Sar ftehim ma’ 6 pajjiżi biex titneħħa t-Tassazzjoni Doppja,  mal-Libja, l-Irlanda, il-Montenegro, l-Izvizzera, il-Grecja u l-Istati Uniti.
  • Laħaq ftehim ma’ Spanja biex Malta tkun tista’ taghmel użu mill-faċilitajiet tal-ambaxxati Spanjoli madwar id-dinja, f’pajjiżi fejn Malta m’għandiex ambaxxata
  • Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin iffaċilita u kabbar il-kuntatti għan-negozjanti Maltin barra minn Malta.

Dan għamlu billi:

  • Għin delegazzjonijiet kummerċjali fil-Portugal u l-Ukrajna fl-2008 u delegazzjoni kummerċjali rekord ta’ 63 negozjant fil-Polonja fl-2009, fihom saru ’l fuq minn 600 laqgħa bejn in-negozjanti Maltin u investituri barranin
  • It-Taqsima Kulturali organizzat żjajjar ta’ tagħrif għad-diplomatiċi Barranin f’Malta f’siti ta’ interess kummerċjali u kulturali
  • Organizza Konferenza għall-Konsli Onorarji li fiha saru ’l fuq minn 450 laqgħa kummerċjali ma’ 90 konslu
  • Il-Ministeru ħadem għar-ripatrijazzjoni tal-immigranti irregolari
  • Intbgħatu lura 115-il immigranti permezz ta’ proġett pilota għar-ripatrijazzjoni volontarja u assistita magħruf bħala DAR
  • Ħadem fl-iffirmar u l-implimentazzjoni tal-Patt Dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil
  • Saret ukoll ħidma għall-Maltin li emigraw f’pajjiżi oħra, dan issarraf 13,046 persuna li ġew infurmati li jistgħu iżommu ċ-ċittadinanza doppja
  • Malta se tibda tieħu parti attiva fl-Unjoni tal-Mediterran, tant li rnexxiela tieħu r-rwol ta’ Deputat Segretarju Ġenerali
  • Se tkun qed tospita wkoll l-uffiċċju li għandu jservi ta’ ħolqa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija
  • Fassal mod ġdid kif jiġu amminstrati l-fondi tal-Overseas Development, li permezz tagħhom NGO’s Maltin ibbenefikaw mill-fondi biex iwettqu proġetti infrastrutturali u edukattivi fl-Afrika: ingħata bidu għall-proġetti f’Benin, Etjopja u Kenja
  • Nieda bini ġdid fejn jopera is-Central Visa Unit  kif ukoll ingħata bidu għall-ħruġ ta’ Visas bio-metriċi.
  • Nieda s-sit elettroniku www.foreign.gov.mt rinnovat b’aktar informazzjoni utli, fosthom dwar l-għajnuna offruta mill-Ambaxxati Maltin u informazzjoni dwar ħruġ ta’ visas.


DOI – 23.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow