IL-GVERN TALJAN JIRRINGRAZZJA LIL MALTA GĦALL-GĦAJNUNA OFFRUTA LILL-VITTMI TAT-TERREMOT F’ABRUZZO
PR0666
23/04/2009
| Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan | Franco Frattini bagħat ittra ta’ ringrazzjament lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg li fiha esprima l-apprezzament għall-kondoljanzi espressi mill-poplu Malti għall-vittmi tat-terremot li laqat lill-Abruzzo iktar kmieni dan ix-xahar. |
| L-ittra li twasslet mill-Ambaxxatur Taljan | għall-Malta Paolo Andrea Trabalza, tgħid li l-Gvern Taljan apprezza ħafna is-sentimenti ta’ ħbiberija li l-Maltin urew mat-Taljani f’mument daqshekk diffiċli. Fil-fehma ta’ Frattini, din it-turija ta’ ħbiberija u sinċerità f’mument ta’ sogħba tikkonferma li hemm għaqda solida bejn iż-żewġ pajjiżi. |
| Minn | naħa tiegħu l-Ambaxxatur Taljan għall-Malta Paolo Andrea Trabalza, rringrazzja għall-għajnuna u s-solidarjetà murija mill-poplu Malti fid-diversi forom tagħha fosthom dik offruta mill-Protezzjoni Ċivili u mis-Soċjeta’ tas-Salib l-Aħmar. |
DOI – 23.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984