IL-MINISTRU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI JOHN DALLI JIPPREŻENTA L-WARRANT LIL ĦADDIEMA SOĊJALI
PR0664
23/04/2009
| L-Onor. John Dalli, il-bieraħ fil-għaxija | ppreżenta l-warrants lill-ħaddiema soċjali. Din is-sena b’kollox kienu 55 ħaddiem soċjali (Social Workers) li ħadu l-warrant professjonali. |
| Fid-diskors tiegħu qabel l-għoti tal-warrant | il-Ministru qal li hu jikkunsidra din iċ-ċerimonja bħala aħbar tajba għall-pajjiż li għandu dan in-numru kbir ta’ ħaddiema li lesti li jidħlu għal vokazzjoni bħal din. Il-Ministru Dalli sostna li xogħol bħal dan imur lilhinn minn karriera għaliex is-sodisfazzjon ma jitkejjilx bil-paga jew benefiċċji finanzjarji oħra iżda jitkejjel bis-sodisfazzjon ta’ min qed jirċievi s-servizz. |
| Il-Ministru żied ukoll li dan ix-xogħol huwa | ferm relevanti u utili għas-soċjeta’ tal-lum anke fid-dawl tal-proġettazzjoni li għandu l-Gvern fis-saħħa u l-qasam soċjali. |
| L-Onor. Dalli semma l-ħsieb tal-Gvern li jsaħħaħ | il-qasam tas-saħħa fosthom il-kura primarja u qal li l-ħaddiema soċjali għandhom ikunu parti mit-team ta’ professjonisti f’dan il-qasam. |
| Il-Ministru Dalli ddeskriva s-sinjifikat tal-warrant | bħala kuntratt mas-soċjeta’ li jingħata servizz. |
DOI – 23.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984