MESSAĠĠ MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, GĦALL-JUM DINJI TAL-KTIEB - 2009
PR0663
22/04/2009
| Il-Jum Dinji tal-Ktieb huwa | jum importanti ħafna fil-kalendarju. Dan għaliex qabel xejn jiċċelebra l-kotba fis-sens sħiħ tagħhom kif ukoll is-sbuħija u l-għerf li jaħżnu bejn il-paġni tagħhom. |
| Inħoss li dan il-jum għandu | jibgħat tal-inqas tliet messaġġi importanti: |
| L-ewwelnett u fuq kollox li l-qari għandu | jingħata importanza kbira f’ħajjitna għax iħalli fina effetti li ma jitħassrux. Forsi ħafna minna għandhom l-idea żbaljata li l-qari qiegħed hemm għat-tfal biss. Għall-kuntrarju l-qari qiegħed hemm għal kulħadd. Il-qari jiftaħ territorji infiniti ta’ għerf u jagħtina l-opportunita` li nkunu ċittadini aħjar. |
Illum ma fadalx iktar skużi li m’hawnx x’taqra. Pajjiżna, għad li ċkejken fid-daqs, għandu industrija interessanti ta’ produtturi tal-kotba. It-teknoloġija tal-informatika illum ħaffet ukoll il-proċess biex tixtri u takkwista ktieb u dan minn darek stess permezz tal-internet.
| It-tieni punt li nħoss li joħroġ mill-Jum Dinji | tal-Ktieb hu li dan jiċċelebra l-kreattivita` tal-kittieba, tar-riċerkaturi, tal-poeti u ta’ dawk kollha li joħolqu l-ideat. Mill-ġdid nirreferi għal pajjiżna. Bis-saħħa ta’ dan is-settur artistiku u l-kreattivita` li toħroġ minnu, seta’ jkollna letteratura b’saħħitha. Bis-saħħa ta’ dawn in-nies stajna nkunu nafu aktar dwar il-passat ta’ artna. Inħoss li l-pajjiż għandu jkun grat lejhom u nistedinhom biex ikomplu jagħnuna bil-kreattivita` tagħhom. |
| It-tielet punt f’din in-nisġa naħseb li hija bla | dubju ta’ xejn l-id tal-pubblikatur li bis-saħħa tal-investimenti li jagħmel, minn manuskritt jista’ joħroġ ktieb. Qdifna ħafna f’dan is-settur u mill-ġdid għandna xogħlijiet ta’ livell għoli ħafna li ta’ min wieħed jgħożż u jfaħħar. L-istampar ta’ ktieb illum sar artiġġjanat fih innifsu. |
| Dan il-Jum għandu jħajjar lil min ma jaqrax biex | jibda jaqra u lil min jaqra jkompli jgħarrex u jfittex. Il-qari jfisser taħriġ akbar fis-sentimenti. Fl-istorja nafu li kull meta kien hemm attentati biex jinqered xi grupp etniku jew saħansitra razza sħiħa, l-ewwel li ġew eliminati kienu l-kotba. Mhux ta’ b’xejn l-importanza ta’ din ir-realta` u l-ħtieġa li aħna lkoll nagħrfu l-bżonn li nibnu relazzjoni intima mal-ktieb. |
| Nagħlaq dan il-messaġġ billi nappella | lill-familji tagħna jinvestu iżjed fil-kotba – mhux biżżejjed li l-istituzzjonijiet tagħna jimlew il-libreriji pubbliċi bil-kotba jekk mill-banda l-oħra ma jkunx hemm il-koperazzjoni tal-ġenituri u tal-edukaturi biex flimkien naslu jkollna ġenerazzjoni ta’ ċittadini li jqisu l-ktieb bħala ħabib. J’alla jiem ta’ tifkira bħal dawn ixettlu fina namra ġdida għal għarfien – sors li pajjiżna b’mod speċjali ma jista’ qatt jitraskura. |
| Iltqajt ma dan il-ħsieb ta’ Jane Evershed li | nixtieq naqsmu magħkom, u li tradott liberament mill-Ingliż, jgħid hekk: |
| Li taqra, | jagħtik li taqsam id-dinjita` |
| Li taqsam id-dinjita`, | jagħtik li tikteb |
| Li tikteb, | jagħtik li tinfluwenza |
| Li tinfluwenza, | jagħtik li tbiddel |
| Li tbiddel, | jagħtik li tgħix |
| DOI – | 22.04.2009 |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984