Left arrow Go Back

MESSAĠĠ MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, GĦALL-JUM DINJI TAL-KTIEB - 2009

PR0663
Date Icon 22/04/2009
Il-Jum Dinji tal-Ktieb huwajum importanti ħafna fil-kalendarju. Dan għaliex qabel xejn jiċċelebra l-kotba fis-sens sħiħ tagħhom kif ukoll is-sbuħija u l-għerf li jaħżnu bejn il-paġni tagħhom.
Inħoss li dan il-jum għandujibgħat tal-inqas tliet messaġġi importanti:
L-ewwelnett u fuq kollox li l-qari għandujingħata importanza kbira f’ħajjitna għax iħalli fina effetti li ma jitħassrux. Forsi ħafna minna għandhom l-idea żbaljata li l-qari qiegħed hemm għat-tfal biss. Għall-kuntrarju l-qari qiegħed hemm għal kulħadd. Il-qari jiftaħ territorji infiniti ta’ għerf u jagħtina l-opportunita` li nkunu ċittadini aħjar.

Illum ma fadalx iktar skużi li m’hawnx x’taqra. Pajjiżna, għad li ċkejken fid-daqs, għandu industrija interessanti ta’ produtturi tal-kotba. It-teknoloġija tal-informatika illum ħaffet ukoll il-proċess biex tixtri u takkwista ktieb u dan minn darek stess permezz tal-internet.         

It-tieni punt li nħoss li joħroġ mill-Jum Dinjital-Ktieb hu li dan jiċċelebra l-kreattivita` tal-kittieba, tar-riċerkaturi, tal-poeti u ta’ dawk kollha li joħolqu l-ideat. Mill-ġdid nirreferi għal pajjiżna. Bis-saħħa ta’ dan is-settur artistiku u l-kreattivita` li toħroġ minnu, seta’ jkollna letteratura b’saħħitha. Bis-saħħa ta’ dawn in-nies stajna nkunu nafu aktar dwar il-passat ta’ artna.  Inħoss li l-pajjiż għandu jkun grat lejhom u nistedinhom biex ikomplu jagħnuna bil-kreattivita` tagħhom.
It-tielet punt f’din in-nisġa naħseb li hija bladubju ta’ xejn l-id tal-pubblikatur li bis-saħħa tal-investimenti li jagħmel, minn manuskritt jista’ joħroġ ktieb. Qdifna ħafna f’dan is-settur u mill-ġdid għandna xogħlijiet ta’ livell għoli ħafna li ta’ min wieħed jgħożż u jfaħħar. L-istampar ta’ ktieb illum sar artiġġjanat fih innifsu.
Dan il-Jum għandu jħajjar lil min ma jaqrax biexjibda jaqra u lil min jaqra jkompli jgħarrex u jfittex. Il-qari jfisser taħriġ akbar fis-sentimenti.  Fl-istorja nafu li kull meta kien hemm attentati biex jinqered xi grupp etniku jew saħansitra razza sħiħa, l-ewwel li ġew eliminati kienu l-kotba. Mhux ta’ b’xejn l-importanza ta’ din ir-realta` u l-ħtieġa li aħna lkoll nagħrfu l-bżonn li nibnu relazzjoni intima mal-ktieb.
Nagħlaq dan il-messaġġ billi nappellalill-familji tagħna jinvestu iżjed fil-kotba – mhux biżżejjed li l-istituzzjonijiet tagħna jimlew il-libreriji pubbliċi bil-kotba jekk mill-banda l-oħra ma jkunx hemm il-koperazzjoni tal-ġenituri u tal-edukaturi biex flimkien naslu jkollna ġenerazzjoni ta’ ċittadini li jqisu l-ktieb bħala ħabib. J’alla jiem ta’ tifkira bħal dawn ixettlu fina namra ġdida għal għarfien – sors li pajjiżna b’mod speċjali ma jista’ qatt jitraskura.
Iltqajt ma dan il-ħsieb ta’ Jane Evershed linixtieq naqsmu magħkom, u li tradott liberament mill-Ingliż, jgħid hekk:
Li taqra,jagħtik li taqsam id-dinjita`
Li taqsam id-dinjita`,jagħtik li tikteb
Li tikteb,jagħtik li tinfluwenza
Li tinfluwenza,jagħtik li tbiddel
Li tbiddel,jagħtik li tgħix
DOI –22.04.2009
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow