STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0662
22/04/2009
| L-aġir tal-Oppożizzjoni fuq | tibdil fil-klima |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | jirreferi għas-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu waqt seduta Parlamentari li kienet indirizzata mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Ministeru jinnota li l-kontradizzjonijiet tal-Oppożizzjoni fuq temi sensittivi bħalma hi t-tibdil fil-klima komplew jiġu ripetuti anke f’okkażjoni nazzjonali bħalma hi ż-żjara fostna tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. |
| Kuntrarjament għal dak li qal il-Kap | tal-Oppożizzjoni dalgħodu, l-Oppożizzjoni għadha sallum ma ressqet ebda proposta għall-Istrateġija Nazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima, u dan minkejja diskussjoni parlamentari u tmien ġimgħat ta’ konsultazzjoni pubblika. L-uniku azzjoni f’dan il-kamp mill-Oppożizzjoni kienet sempliċi mozzjoni ta’ 153 kelma. |
| Id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni kien | jiżgwida wkoll meta ta l-impressjoni li l-Gvern seta kien kontra xi forma ta’ proposta tal-Oppożizzjoni għal diskussjoni fuq is-suġġett. Il-mozzjoni approvata mill-Kamra tar-Rappreżentanti torbot lill-Gvern li issa li ntemm il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, u wara li d-dokument finali jkun approvat mill-Kabinett, il-Gvern ser jerġa’ jmur quddiem il-Parlament għal diskussjoni oħra fuq is-suġġett. |
| Il-Ministeru jinnota d-differenza bejn | id-diskors u l-fatti tal-Oppożizzjoni. Bil-kliem qed jgħid li jappoġġja ‘inizjattivi sensibbli f’dan il-qasam filwaqt li nimbuttaw għal miri obbligatorji’, u meta jiġi għall-fatti kwalunkwe proposta li għandha l-għan li tindirizza dan il-fenomenu, inkluż dik ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa mill-iskart permezz ta’ inċineratur, sabet l-oppożizzjoni kategorika tal-Oppożizzjoni. |
DOI – 22.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984