Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

PR0660
Date Icon 22/04/2009
Ħaddiema aggrediti u mhedda waqtxogħolhom.
Waqt dik li kella tkun operazzjoni normaligħall-ħaddiema mid-Direttorat tas-Saħħa tal-pjanti mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali fejn kellhom jinqatgħu siġar taċ-ċitru fiż-żona ta’ San Blas f’Għawdex, dawn il-ħaddiema sfaw aggrediti u mhedda. Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jikkundanna dan l-aġir irresponsabbli.
Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti f’Novembruli għadda kien għamel spezzjonijiet meħtieġa skond in-normi u r-regoli tal-liġi hekk kif stipulat fil-Plant Quarantine Act u rriżulta li dawn is-siġar kienu infettati. B’riżultat ta’ hekk fl-istess xahar il-bdiewa ġew notifikati bir-riżultati u li dawn is-siġar se jkollom jiġi distrutti biex tinqered il-marda.
Minkejja dan, waqt li dalgħodu beda jsiril-qtugħ ta’ dawn is-siġar il-ħaddiema ġew mhedda; liema sitwazzjoni kienet kkontrollata mill-pulizija. Intant wara li bdew jinqatgħu dawn l-istess siġar inħareġ mandat ta’ inibizzjoni mill-Qorti ta’ Għawdex li waqqaf dan il-proċess. Is-smigħ dwar dan il-każ fil-Qorti se jsir il-Ġimgħa 24 t’ April 2009.
Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti kif inhuobbligat skond il-liġi li jagħmel, se jibqa’ mpenjat li jikkontrolla u jipprevjeni t-tixrid ta’ mard fis-siġar. Intant fil-preżent fost id-diversi ħidmiet li qed isiru minn dan id-Dipartiment, qed isiru spezzjonijiet regolari fuq is-siġar taċ-ċitru tant li hemm miżmuma mid-Direttorat  għas-Saħħa tal-Pjanti numru ta’ siġar taċ-ċitru importati minn Sqallija sabiex ikunu eżaminati bl-istess mod.

Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti jinforma lill-pubbliku li m’hemmx lok t’ allarm peress li d-Dipartiment qed jagħmel l-ispezzjonijiet neċċessarji kontinwament. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.planthealth.gov.mt jew iċempel fuq freephone: 80072310.

DOI – 22.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow