STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0660
22/04/2009
| Ħaddiema aggrediti u mhedda waqt | xogħolhom. |
| Waqt dik li kella tkun operazzjoni normali | għall-ħaddiema mid-Direttorat tas-Saħħa tal-pjanti mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali fejn kellhom jinqatgħu siġar taċ-ċitru fiż-żona ta’ San Blas f’Għawdex, dawn il-ħaddiema sfaw aggrediti u mhedda. Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jikkundanna dan l-aġir irresponsabbli. |
| Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti f’Novembru | li għadda kien għamel spezzjonijiet meħtieġa skond in-normi u r-regoli tal-liġi hekk kif stipulat fil-Plant Quarantine Act u rriżulta li dawn is-siġar kienu infettati. B’riżultat ta’ hekk fl-istess xahar il-bdiewa ġew notifikati bir-riżultati u li dawn is-siġar se jkollom jiġi distrutti biex tinqered il-marda. |
| Minkejja dan, waqt li dalgħodu beda jsir | il-qtugħ ta’ dawn is-siġar il-ħaddiema ġew mhedda; liema sitwazzjoni kienet kkontrollata mill-pulizija. Intant wara li bdew jinqatgħu dawn l-istess siġar inħareġ mandat ta’ inibizzjoni mill-Qorti ta’ Għawdex li waqqaf dan il-proċess. Is-smigħ dwar dan il-każ fil-Qorti se jsir il-Ġimgħa 24 t’ April 2009. |
| Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti kif inhu | obbligat skond il-liġi li jagħmel, se jibqa’ mpenjat li jikkontrolla u jipprevjeni t-tixrid ta’ mard fis-siġar. Intant fil-preżent fost id-diversi ħidmiet li qed isiru minn dan id-Dipartiment, qed isiru spezzjonijiet regolari fuq is-siġar taċ-ċitru tant li hemm miżmuma mid-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti numru ta’ siġar taċ-ċitru importati minn Sqallija sabiex ikunu eżaminati bl-istess mod. |
Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti jinforma lill-pubbliku li m’hemmx lok t’ allarm peress li d-Dipartiment qed jagħmel l-ispezzjonijiet neċċessarji kontinwament. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.planthealth.gov.mt jew iċempel fuq freephone: 80072310.
DOI – 22.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984