Left arrow Mur Lura

SEMINARS GĦAL-LUKANDI TA’ TLIETA U ERBA’ STILEL

PR0658
Date Icon 22/04/2009
Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-OnorMario de Marco qal li rridu nassiguraw li l-operaturi turistiċi lokali jkomplu jqisu l-kompettitività bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin; u dan jista’ jsir b’mod effettiv billi nindirizzaw il-ħtieġa li nibdlu mill-metodi ta’ qabel għal metodi ġodda bbażati fuq monitoraġġ u verifika ta’ proċeduri, u fuq il-ħtieġa li dejjem nipprovdu l-industrija bl-aħjar servizz.
Huwa qal dan f’żewġ seminars li sarumatul il-ġurnata tal-lum, wieħed għall-operaturi ta’ akkomodazzjoni ta’ tliet stilel jew anqas, u ieħor għall-operaturi ta’ lukandi ta’ erba’ stilel.
Dr de Marco sostna li l-implimentazzjoni ta’prattiċi sostenibbli minn dawn il-lukandi, tista’ tikkontribwixxi b’mod effettiv sabiex nassiguraw li l-prodott offrut ikompli jiskeb l-ogħla prijorità fuq l-aġenda tas-swieq turistiċi tagħna, u fuq dik tal-aktar tour operators rinomati fis-suq – u li s’issa kienu kruċjali sabiex nimlew is-sodod tagħna bit-turisti, b’mod kostanti – sodod li fis-settur ta’ erba’ stilel jikkostitwixxi l-ikbar porzjon (40%), filwaqt li dawk ta’ tliet stilel huma 24% tas-sodod kollha li għandna f’pajjiżna.
Huwa qal ukoll li l-Gvern jemmen lil-investiment korrett f’dawn is-setturi jista’ jkun appoġġjat b’opportunitajiet ta’ finanzjar Ewropew u nazzjonali li effettivament jgħinu biex l-iżvilupp sostenibbli jingħata prijorità. Dan irid isir flimkien mal-isforzi u r-riżorsi – inklużi dawk finanzjarji mis-settur privat.
“Eżempju ċar tal-impenn tal-Gvern hija l-iskemali ħabbarna l-bieraħ flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi sabiex ngħinu lil-lukandi u r-ristoranti. Il-Gvern alloka €3 miljun ewro mifruxa fuq 10 snin li permezz tagħhom se jkun qed jissussidja 1.5 tal-imgħax fuq self għal proġetti ta’ refurbishment u 1% tal-imgħax fuq self għall-proġetti ta’ estensjonijiet,” kompla s-Segretarju Parlamentari.
Hu tenna li permezz ta’ din l-iskema umekkaniżmi simili, l-istabbilimenti tal-akkomodazzjoni qed ikunu mistiedna jimplimentaw prattiċi bbażati fuq l-ippjanar għall-futur. Dawn se jservu wkoll ta’ tisħiħ tal-valur li qed noffru fis-swieq diġà stabbiliti. Permezz tal-fondi Ewropej u nazzjonali, l-operaturi turistiċi Maltin u Għawdxin qed jingħataw l-opportunità biex jinvestu b’mod ċar f’tekniċi strateġiċi li se jgħinu biex negħlbu s-sitwazzjoni dinjija prekarja ta’ bħalissa u nnaqsu l-effett tagħha fuq l-industrija tagħna.
Hu temm l-intervent tiegħu billi ħeġġeġlill-operaturi sabiex jipparteċipaw bi sħiħ u jagħmlu użu mill-benefiċċji li qed jinħarġu kontinwament sabiex l-industrija tat-turiżmu tikber b’mod strateġiku u sabiex l-istabbilimenti tagħhom jiskbu aktar suċċessi.
Matul is-seminars, il-parteċipantingħataw informazzjoni dwar it-tendenzi attwali fis-swieq internazzjonali u t-tibdil li għaddejjin minnu dawn is-swieq. Kien hemm ukoll preżentazzjonijiet dwar l-iżviluppi meħtieġa li jseħħu f’dawk l-oqsma fejn l-offerta lokali ta’ akkomodazzjoni għad mhijiex qed tindirizza.
Fost dawn, saret diskussjoni dwar it-tibdil liseħħ f’dawn l-aħħar snin kemm f’dik li hi żieda fit-turisti li jiġu Malta b’mod indipendenti – li issa (għall-ewwel darba) qabżet il-55% tat-turisti li jiġu fostna – u kif ukoll dwar l-internet u l-online bookings.
Is-seminars kienu organizzati mit-Taqsimagħat-Turiżmu u l-Iżvilupp Sostenibbli fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

DOI – 22.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow