Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR JOSEPH MUSCAT, KAP TAL-OPPOŻIZZJONI, WAQT SEDUTA PARLAMENTARI FL-OKKAŻJONI TAŻ-ŻJARA UFFIĊJALI TAL-EĊĊELLENZA TIEGĦU S-SUR BAN KI-MOON, SEGRETARJU ĠENERALI TAN-NAZZJONIJIET UNITI, FIL-PARLAMENT,IL-BELT VALLETTA–L-ERBGĦA,22 TA’ APRIL 2009

PR0655
Date Icon 22/04/2009

Eċċellenza,

Huwaunur u pjaċir għalija li nilqgħek fil-Parlament Malti f’isem l-Oppożizzjoni u l-Partit Laburista.
Jingħad li meta l-ewwel Segretarju Ġeneralital-Ġnus Magħquda, Trygve Lie, ħalla postu lil Dag Hammarskjold, huwa qallu “Se tidħol għall-aktar xogħol impossibbli tad-dinja”.
Jingħad ukoll li l-predeċessur tiegħek, KofiAnnan, tennielek dan il-kliem.
L-arti tal-impossibbli hija kruċjali u ċentraligħal dawk il-persuni bħalek li bi kliemhom u bl-azzjonijiet tagħhom jaffettwaw ħajjet miljuni ta’ persuni madwar id-dinja.
Ninsabu sodisfatti li ż-żmien li għaddafil-mandat tiegħek kienu karatterizzati mill-modestja u kompetenza, żewġ elementi li kienu singulari miegħek kull fejn ħdimt.
Ninnutaw b’mod pożittiv l-impenn personali liqed turi dwar l-aħħar żviluppi li qed iseħħu fil-Lvant Nofsani.
Fil-waqt li nesprimi tħassib dwar l-effett lidawn l-aħħar żviluppi jista’ jkollhom fuq il-prospetti ta' paċi futura f’dan ir-reġjun, irrid ukoll nieħu din l-okkażjoni biex nitlob lilek, Eċċellenza, biex tibqa’ tintervjeni personalment kif u meta tara li jkun hemm bżonn fiż-żminijiet diffiċli li sfortunatament jidher li resqin lejhom.
Il-Partit Laburistajemmen fil-ħtieġa urġenti li l-proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani għandu jitkompla u jissaħħa sabiex jintlaħaq ftehim li jwassal għal Stat Palestinjan jgħix fil-paċi ma’ ġemb l-Israel.
Huwata’ sodisfazzjon ukoll l-interess personali li ħadt fi kwistjonijiet kruċjali għall-kontinent Afrikan, fosthom id-dħul tal-qawwiet taż-żamma tal-paċi fid-Darfur, li sar wara intervent tiegħek.
Id-Darfur huwa wieħed miż-żoni instabbli minnfejn qed jiġu immigranti illegali li jaslu Malta fi triqithom lejn pajjiżi akbar fl-Ewropa.
Hemmbżonn ta’ azzjonijiet kemm fuq żmien qasir kif ukoll fit-tul sabiex din il-problema ma tibqax tieħu s-sura ta’ kriżi.
Il-paċi u l-istabilità, flimkien mal-prosperitàekonomika u t-tqassim ġust tagħha, u l-iżvilupp sostenibbli li jħares l-ambjent u riżorsi naturali bħall-ilma huma essenzjali.
Daqstant iehor huwa essenzjali li l-għajnuna litintbagħat mill-pajjiżi żviluppati tasal għand min verament għandu bżonn u mhux tispiċċa tinbela minn sistema korrotta.
Ikoll naqblumal-prinċipju dikajarat fid-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet Umani ta’ sittin sena ilu li, fost l-oħrajn tisħaq li kullħadd għandu id-dritt għal livell ta’ għixien adegwat għas-saħħa u l-benessere tiegħu u tal-famija tiegħu. Minkejja din id-dikjarazzjoni, illum 60 sena wara miljuni għadhom imċaħħda minn drittijiet umani bażiċi bħal ikel, djar, edukazzjoni, servizzi ta’ saħħa u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti. Dawk imġegħla jgħixu f’dawn kundizzjonijiet sikwit jiffaċċjaw kundizzjonijiet ta’ esklużjoni soċjali, diskriminazzjoni u sfruttament. Nemmnu bis-sħiħ li l-faqar jisraq id-dinjita’ umana minn għand il-fqar. Għaldaqstant inħeġġu ħidma aktar qawwija u effikaċi mill-Organizzazzjonijiet Internazzjonali sabiex almenu tittaffa, sakemm tinqered il-problema tal-faqar u l-ġuħ fid-dinja.
Filwaqt li qed nitkellmu dwar dan kollu, manistax ma nirrimarkax b’dispjacir l-iżviluppi li qed iseħħu fil-Golf ta’ Aden fejn saħansitra bastiment irreġistrat Malta ġie rrapurtat li spiċċa fil-mira tal-pirati Somali.
Hemmbżonn azzjoni kkordinata ħalli l-prinċipji bażiċi tar-rule of law jipprevalu.
Sakemm naslu għal sitwazzjoni aktar stabbli upaċifika fil-ġejjieni hemm bżonn jittieħdu aktar passi fl-immedjat.
Malta qed terfa’piż sproporzjonat u li matiflaħx aktar għalih.
Aħnairridu nilqgħu lil min hu fil-bżonn iżda ma nistgħux nagħtu minn dak li m’għandniex.
Parti sostanzjali mill-piż li ġej fuqna huwariżultat ta’ regolamenti internazzjonali li tfasslu fi żminijiet oħra, meta l-idea ta’ ċaqliq migratorju illegali bħal dan lanqas biss kien immaġinat.
Eċċellenza, dawn ir-regolamenti jridu jinbidlugħax qed jitfgħu fuqna piż ta’ problema li kkaġuna ħaddiehor b’politika kolonjalista u ta’ sfruttament.
Malta trid tgħin iżda Malta ma tistax terfa’aktar milli tiflaħ meta ffaċċjata bir-racket kriminali li qed imexxu l-immigrazzjoni illegali.
Għalhekk ir-responsabbiltà tagħna bħalarappreżentanti ta’ dan il-poplu – kif jagħmlu bir-raġun rappreżentanti ta’ popli oħra – huwa li niddefendu l-interess Nazzjonali. Dan se nkunu qed nagħmluh anki bħala pajjiż membru ta’ l-UE.
Minbarra li jinbidlu r-regolamentiinternazzjonali, il-piż sproporzjonat fuq pajjiżna jista’ jitħaffef ukoll permezz ta’ bidliet amministrattivi.
Il-Kummissarjat Għoli tal-Ġnus Magħquda qedjagħmel ħidma kbira u importanti.
Huwagħassies biex jara li d-drittijiet umani jigu mħarsa.
Ta’din il-ħidma inroddu ħajr.
Iżdama jistax ikun li jekk pajjiż jagħżel li jgħin lil Malta billi jieħu immigrant, għall-UNHCR dawk il-persuni li jieħdu minn Malta ma jkunux jgħoddu għal kwota tiegħu ta’ immigranti illegali.
Hemmbżonn ta’ aktar flessibiltà u regoli ġodda jekk veru irridu li jkun hemm solidarjetà internazzjonali.
Malta lesta li terfa’ sehemha.  Iżda ma nistgħuxnerfgħu aktar milli nifilħu.
Fil-ħin qasir li fadal nixtieq nitratta suġġettieħor li għalina, bħala nazzjon gżira f’nofs il-Mediterran, huwa kruċjali, jiġifieri  l-kambjament tal-klima.
Matul ix-xhur li għaddew, il-Partit Laburistaħadem u saħaq bosta fuq dan is-suġġett li nafu li huwa priorità għalik.
Fil-fehma tagħna, din il-problema mhix limitatagħall-aspett ambjentali iżda għandha implikazzjonijiet ekonomiċi – bħal fil-każ tal-effett fuq l-industrija tat-turiżmu li niddependu tant fuqha – kif ukoll soċjali, fejn wieħed jistenna li nuqqas ta’ azzjoni tista’ tibda twassal għal aktar nies li jitilqu mill-kontinent Afrikan minħabba disertifikazzjoni.
F’Ottubru li għadda, fuq proposta tagħna danil-Parlament iddiskuta il-kambjament klimatiku.
Ridna li jkollna leġislazzjoni li torbot lilgvernijiet preżenti u futuri.
Sfortunatament ma wasalniex sa’ dan il-passkuraġġjuż.
Madankollu, xorta ninsabu kommessi li nappoġġjawinizjattivi sensibbli f’dan il-qasam filwaqt li nimbuttaw għal miri obbligatorji meta nittamaw li jkollna diskussjoni f’din il-Kamra dwar l-Istrateġija dwar il-Kambjament Klimatiku.
Aħnanappoġġjaw il-fatt li issa Malta għandha status taħt Anness 1 tal-Protokoll ta’ Kyoto, li jfisser li issa marbuta fuq ċertu obbligazzjonijiet.
Xorta nemmnu li meta ma konniex parti minn danl-anness stajna ħadna parti fi proġetti ta’ Clean Development Mechanism bi sħubija ma’ pajjiżi oħra li filwaqt li jħassru l-emissjonijiet tagħhom permezz ta’ dawn il-proġetti, ingawdu ambjentalment u teknikament minnhom aħna.
Minkejja d-daqs żgħir tagħna, nemmnu li Maltatista’ tieħu l-lead f’dan il-qasam.
Fil-fatt fi ħdan il-Ġnus Magħquda kienet Maltali fis-snin tmenin ressqet riżoluzzjoni dwar il-ħtieġa ta’ azzjoni internazzjonali dwar il-kambjament fil-klima, bl-istess mod kif kienet ukoll Malta li fis-snin sittin, fi ħdan l-istess Ġnus Magħquda permezz ta` l-ewwel-Rappreżentant Malti Arvid Pardo bdiet ħidma kbira dwar il-LIĠI TAL-BAĦAR li aċċettat li r-riżorsi tal-qiegħ il-baħar huma wirt komuni tal-umanità.
F’dan il-kuntest nilqgħu b’sodisfazzjon is-sejħatiegħek biex il-Laqgħa Għolja dwar il-Kambjament Klimatiku isir waqt l-Assemblea Ġenerali ta’ Settembru li ġej sabiex ikun hemm l-akbar firxa possibbli ta’ pajjiżi li jieħdu sehem.
Eċċellenza, mill-ġdid nilqgħuk fostna unirringrazzjawk taż-żjara tiegħek.

DOI – 22.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow