DISKORS MILL-ONOR JOSEPH MUSCAT, KAP TAL-OPPOŻIZZJONI, WAQT SEDUTA PARLAMENTARI FL-OKKAŻJONI TAŻ-ŻJARA UFFIĊJALI TAL-EĊĊELLENZA TIEGĦU S-SUR BAN KI-MOON, SEGRETARJU ĠENERALI TAN-NAZZJONIJIET UNITI, FIL-PARLAMENT,IL-BELT VALLETTA–L-ERBGĦA,22 TA’ APRIL 2009
PR0655
22/04/2009
Eċċellenza,
| Huwa | unur u pjaċir għalija li nilqgħek fil-Parlament Malti f’isem l-Oppożizzjoni u l-Partit Laburista. |
| Jingħad li meta l-ewwel Segretarju Ġenerali | tal-Ġnus Magħquda, Trygve Lie, ħalla postu lil Dag Hammarskjold, huwa qallu “Se tidħol għall-aktar xogħol impossibbli tad-dinja”. |
| Jingħad ukoll li l-predeċessur tiegħek, Kofi | Annan, tennielek dan il-kliem. |
| L-arti tal-impossibbli hija kruċjali u ċentrali | għal dawk il-persuni bħalek li bi kliemhom u bl-azzjonijiet tagħhom jaffettwaw ħajjet miljuni ta’ persuni madwar id-dinja. |
| Ninsabu sodisfatti li ż-żmien li għadda | fil-mandat tiegħek kienu karatterizzati mill-modestja u kompetenza, żewġ elementi li kienu singulari miegħek kull fejn ħdimt. |
| Ninnutaw b’mod pożittiv l-impenn personali li | qed turi dwar l-aħħar żviluppi li qed iseħħu fil-Lvant Nofsani. |
| Fil-waqt li nesprimi tħassib dwar l-effett li | dawn l-aħħar żviluppi jista’ jkollhom fuq il-prospetti ta' paċi futura f’dan ir-reġjun, irrid ukoll nieħu din l-okkażjoni biex nitlob lilek, Eċċellenza, biex tibqa’ tintervjeni personalment kif u meta tara li jkun hemm bżonn fiż-żminijiet diffiċli li sfortunatament jidher li resqin lejhom. |
| Il-Partit Laburista | jemmen fil-ħtieġa urġenti li l-proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani għandu jitkompla u jissaħħa sabiex jintlaħaq ftehim li jwassal għal Stat Palestinjan jgħix fil-paċi ma’ ġemb l-Israel. |
| Huwa | ta’ sodisfazzjon ukoll l-interess personali li ħadt fi kwistjonijiet kruċjali għall-kontinent Afrikan, fosthom id-dħul tal-qawwiet taż-żamma tal-paċi fid-Darfur, li sar wara intervent tiegħek. |
| Id-Darfur huwa wieħed miż-żoni instabbli minn | fejn qed jiġu immigranti illegali li jaslu Malta fi triqithom lejn pajjiżi akbar fl-Ewropa. |
| Hemm | bżonn ta’ azzjonijiet kemm fuq żmien qasir kif ukoll fit-tul sabiex din il-problema ma tibqax tieħu s-sura ta’ kriżi. |
| Il-paċi u l-istabilità, flimkien mal-prosperità | ekonomika u t-tqassim ġust tagħha, u l-iżvilupp sostenibbli li jħares l-ambjent u riżorsi naturali bħall-ilma huma essenzjali. |
| Daqstant iehor huwa essenzjali li l-għajnuna li | tintbagħat mill-pajjiżi żviluppati tasal għand min verament għandu bżonn u mhux tispiċċa tinbela minn sistema korrotta. |
| Ikoll naqblu | mal-prinċipju dikajarat fid-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet Umani ta’ sittin sena ilu li, fost l-oħrajn tisħaq li kullħadd għandu id-dritt għal livell ta’ għixien adegwat għas-saħħa u l-benessere tiegħu u tal-famija tiegħu. Minkejja din id-dikjarazzjoni, illum 60 sena wara miljuni għadhom imċaħħda minn drittijiet umani bażiċi bħal ikel, djar, edukazzjoni, servizzi ta’ saħħa u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti. Dawk imġegħla jgħixu f’dawn kundizzjonijiet sikwit jiffaċċjaw kundizzjonijiet ta’ esklużjoni soċjali, diskriminazzjoni u sfruttament. Nemmnu bis-sħiħ li l-faqar jisraq id-dinjita’ umana minn għand il-fqar. Għaldaqstant inħeġġu ħidma aktar qawwija u effikaċi mill-Organizzazzjonijiet Internazzjonali sabiex almenu tittaffa, sakemm tinqered il-problema tal-faqar u l-ġuħ fid-dinja. |
| Filwaqt li qed nitkellmu dwar dan kollu, ma | nistax ma nirrimarkax b’dispjacir l-iżviluppi li qed iseħħu fil-Golf ta’ Aden fejn saħansitra bastiment irreġistrat Malta ġie rrapurtat li spiċċa fil-mira tal-pirati Somali. |
| Hemm | bżonn azzjoni kkordinata ħalli l-prinċipji bażiċi tar-rule of law jipprevalu. |
| Sakemm naslu għal sitwazzjoni aktar stabbli u | paċifika fil-ġejjieni hemm bżonn jittieħdu aktar passi fl-immedjat. |
| Malta qed terfa’piż sproporzjonat u li ma | tiflaħx aktar għalih. |
| Aħna | irridu nilqgħu lil min hu fil-bżonn iżda ma nistgħux nagħtu minn dak li m’għandniex. |
| Parti sostanzjali mill-piż li ġej fuqna huwa | riżultat ta’ regolamenti internazzjonali li tfasslu fi żminijiet oħra, meta l-idea ta’ ċaqliq migratorju illegali bħal dan lanqas biss kien immaġinat. |
| Eċċellenza, dawn ir-regolamenti jridu jinbidlu | għax qed jitfgħu fuqna piż ta’ problema li kkaġuna ħaddiehor b’politika kolonjalista u ta’ sfruttament. |
| Malta trid tgħin iżda Malta ma tistax terfa’ | aktar milli tiflaħ meta ffaċċjata bir-racket kriminali li qed imexxu l-immigrazzjoni illegali. |
| Għalhekk ir-responsabbiltà tagħna bħala | rappreżentanti ta’ dan il-poplu – kif jagħmlu bir-raġun rappreżentanti ta’ popli oħra – huwa li niddefendu l-interess Nazzjonali. Dan se nkunu qed nagħmluh anki bħala pajjiż membru ta’ l-UE. |
| Minbarra li jinbidlu r-regolamenti | internazzjonali, il-piż sproporzjonat fuq pajjiżna jista’ jitħaffef ukoll permezz ta’ bidliet amministrattivi. |
| Il-Kummissarjat Għoli tal-Ġnus Magħquda qed | jagħmel ħidma kbira u importanti. |
| Huwa | għassies biex jara li d-drittijiet umani jigu mħarsa. |
| Ta’ | din il-ħidma inroddu ħajr. |
| Iżda | ma jistax ikun li jekk pajjiż jagħżel li jgħin lil Malta billi jieħu immigrant, għall-UNHCR dawk il-persuni li jieħdu minn Malta ma jkunux jgħoddu għal kwota tiegħu ta’ immigranti illegali. |
| Hemm | bżonn ta’ aktar flessibiltà u regoli ġodda jekk veru irridu li jkun hemm solidarjetà internazzjonali. |
| Malta lesta li terfa’ sehemha. Iżda ma nistgħux | nerfgħu aktar milli nifilħu. |
| Fil-ħin qasir li fadal nixtieq nitratta suġġett | ieħor li għalina, bħala nazzjon gżira f’nofs il-Mediterran, huwa kruċjali, jiġifieri l-kambjament tal-klima. |
| Matul ix-xhur li għaddew, il-Partit Laburista | ħadem u saħaq bosta fuq dan is-suġġett li nafu li huwa priorità għalik. |
| Fil-fehma tagħna, din il-problema mhix limitata | għall-aspett ambjentali iżda għandha implikazzjonijiet ekonomiċi – bħal fil-każ tal-effett fuq l-industrija tat-turiżmu li niddependu tant fuqha – kif ukoll soċjali, fejn wieħed jistenna li nuqqas ta’ azzjoni tista’ tibda twassal għal aktar nies li jitilqu mill-kontinent Afrikan minħabba disertifikazzjoni. |
| F’Ottubru li għadda, fuq proposta tagħna dan | il-Parlament iddiskuta il-kambjament klimatiku. |
| Ridna li jkollna leġislazzjoni li torbot lil | gvernijiet preżenti u futuri. |
| Sfortunatament ma wasalniex sa’ dan il-pass | kuraġġjuż. |
| Madankollu, xorta ninsabu kommessi li nappoġġjaw | inizjattivi sensibbli f’dan il-qasam filwaqt li nimbuttaw għal miri obbligatorji meta nittamaw li jkollna diskussjoni f’din il-Kamra dwar l-Istrateġija dwar il-Kambjament Klimatiku. |
| Aħna | nappoġġjaw il-fatt li issa Malta għandha status taħt Anness 1 tal-Protokoll ta’ Kyoto, li jfisser li issa marbuta fuq ċertu obbligazzjonijiet. |
| Xorta nemmnu li meta ma konniex parti minn dan | l-anness stajna ħadna parti fi proġetti ta’ Clean Development Mechanism bi sħubija ma’ pajjiżi oħra li filwaqt li jħassru l-emissjonijiet tagħhom permezz ta’ dawn il-proġetti, ingawdu ambjentalment u teknikament minnhom aħna. |
| Minkejja d-daqs żgħir tagħna, nemmnu li Malta | tista’ tieħu l-lead f’dan il-qasam. |
| Fil-fatt fi ħdan il-Ġnus Magħquda kienet Malta | li fis-snin tmenin ressqet riżoluzzjoni dwar il-ħtieġa ta’ azzjoni internazzjonali dwar il-kambjament fil-klima, bl-istess mod kif kienet ukoll Malta li fis-snin sittin, fi ħdan l-istess Ġnus Magħquda permezz ta` l-ewwel-Rappreżentant Malti Arvid Pardo bdiet ħidma kbira dwar il-LIĠI TAL-BAĦAR li aċċettat li r-riżorsi tal-qiegħ il-baħar huma wirt komuni tal-umanità. |
| F’dan il-kuntest nilqgħu b’sodisfazzjon is-sejħa | tiegħek biex il-Laqgħa Għolja dwar il-Kambjament Klimatiku isir waqt l-Assemblea Ġenerali ta’ Settembru li ġej sabiex ikun hemm l-akbar firxa possibbli ta’ pajjiżi li jieħdu sehem. |
| Eċċellenza, mill-ġdid nilqgħuk fostna u | nirringrazzjawk taż-żjara tiegħek. |
DOI – 22.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984